|
+Artikolu 89 Informazzjoni ---+Article 89 1. ---+Article 89 2. ---+Article 89 3. |
Artikolu 89 InformazzjoniArtikolu 89 Informazzjoni (1) Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-partijiet konċernati huma konxji ta’ drittijiethom u tal-formalitajiet amministrattivi meħtieġa biex jaffermawhom. Din l-informazzjoni għandha, fejn huwa possibbli, tkun disseminata elettronikament permezz tal-pubblikazzjoni onlajn fuq siti aċċessibbli lill-pubbliku. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura li l-informazzjoni tkun aġġornata regolarment u tissorvelja l-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti. (2) Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament bażiku jista’ joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar titjib tal-informazzjoni u tad-disseminazzjoni tagħha. (3) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji ta’ u japplikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji kollha, leġislattivi jew ta’ natura oħra, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti minn u fit-termini tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|