|
+Artikolu 10 6. |
Artikolu 10 6.Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tkun magħmula mill-istadji li ġejjin:
(a)
Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 6 xhur min-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddetermina, fuq il-bażi tal-lista ta’ kontroll imsemmija fil-punt (1)(e) tal-Anness VI, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, u fejn xieraq fuq il-bażi ta’ proposta mill-promotur tal-proġett, l-ambitu tar-rapporti u tad-dokumenti u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mill-promotur tal-proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni, sabiex japplika għad-deċiżjoni komprensiva;
(b)
l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tfassal, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra u b’kont meħud tar-riżultati tal-attivitajiet imwettqa skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, skeda dettaljata għall-proċess għall-għoti ta’ permessi skont il-linji gwida stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness VI;
(c)
mal-wasla tal-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, fejn meħtieġ, f’isimha stess jew f’isem awtoritajiet konċernati oħra, titlob lill-promotur ta’ proġett jissottometti l-informazzjoni nieqsa relatata mal-elementi mitluba msemmija fil-punt (a). Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tinkludi t-tħejjija ta’ kwalunkwe rapport ambjentali mill-promoturi tal-proġett, kif ikun meħtieġ, inkluża d-dokumentazzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-applikazzjoni bil-miktub għall-eżami jew fuq pjattaformi diġitali, u tibda l-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). It-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru, iżda biss meta jkunu ġġustifikati minn ċirkostanzi ġodda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|