|
+Artikolu 23 Informazzjoni u reklamar |
Artikolu 23 Informazzjoni u reklamarArtikolu 23 Informazzjoni u reklamar Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm pjattaforma ta’ trasparenza faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-Internet. Il-pjattaforma għandha tiġi aġġornata b’mod regolari b’informazzjoni mir-rapporti msemmija fl-Artikolu 5(4) u bis-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7). Il-pjattaforma għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
informazzjoni ġenerali u aġġornata, inkluża informazzjoni ġeografika, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni;
(b)
il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1) għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, ippreżentat b’mod li jippermetti l-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni fi kwalunkwe mument;
(c)
il-benefiċċji ewlenin mistennija u l-kontribut għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1) u l-kostijiet tal-proġetti ħlief għal kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva;
(d)
il-lista tal-Unjoni;
(e)
il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni.
(f)
il-links għall-manwal nazzjonali tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9;
(g)
l-istudji eżistenti dwar il-baċiri tal-baħar u l-pjanijiet għal kull kuritur prijoritarju tal-grilja lil hinn mill-kosta, mingħajr ma jinkisru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|