+ANNESS I KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

ANNESS I KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA




ANNESS I

KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

(kif imsemmi fl-Artikolu 1(1))

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kurituri u l-oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropej li ġejjin:

1.   KURITURI PRIJORITARJI TAL-ELETTRIKU

(1) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran, inkluża l-peniżola Iberika, b’mod partikolari biex jiġi integrat l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jissaħħu l-infrastrutturi tal-grilji interni biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun u biex jintemm l-iżolament tal-Irlanda, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet meħtieġa fuq l-art tal-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli u t-tisħiħ meħtieġ tal-grilja domestika biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex l-elettriku ġġenerat lil hinn mill-kosta jiġi fornut lil Stati Membri li m’għandhomx kosta.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall.

(2) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex jikkompletaw is-suq intern, biex jintegraw il-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli biex jintemm l-iżolament ta’ Ċipru, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet meħtieġa fuq l-art tal-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli u t-tisħiħ meħtieġ tal-grilja domestika biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex l-elettriku ġġenerat fil-baħar jiġi fornut lil Stati Membri li m’għandhomx kosta.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja.

(3) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u linji interni fir-reġjun Baltiku, biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq filwaqt li jiġi integrat is-sehem dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun.

L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

2.   KURITURI PRIJORITARJI TAL-GRILJA LIL HINN MILL-KOSTA

(4) Il-grilji lil hinn mill-kosta fil-Baħar tat-Tramuntana (NSOG): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż, il-Baħar Ċeltiku, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Iżvezja.

(5) Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ grilja integrata lil hinn mill-kosta, inkluż, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

(6) Il-grilji lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar u tal-Punent (SW offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, inkluż fil-Golf ta’ Cadiz u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: Il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall.

(7) Il-grilji lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar u tal-Lvant (SE offshore): l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, fil-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: Il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, ir-Rumanija u s-Slovenja.

(8) Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Atlantiku: l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta u l-interkonnetturi relatati fl-ilmijiet tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku għat-trasport tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin u għaż-żieda tal-iskambju tal-elettriku transfruntier.

L-Istati Membri kkonċernati: l-Irlanda, Spanja, Franza u l-Portugall.

3.   KURITURI PRIJORITARJI GĦALL-IDROĠENU U L-ELETTROLIZZATURI

(9) Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall.

(10) Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (HI East): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.

(11) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-idroġenu (BEMIP Hydrogen): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

4.   OQSMA TEMATIĊI PRIJORITARJI

(12) L-użu ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti fl-Unjoni li jintegraw b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha għan-network tal-elettriku, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons għad-domanda mill-konsumaturi, il-ħżin tal-enerġija, il-vetturi elettriċi u sorsi oħra ta’ flessibbiltà u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: kollha.

(13) Network transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju: l-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi tal-viċinat tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju maqbud mill-installazzjonijiet industrijali bil-ħsieb ta’ ħżin ġeoloġiku permanenti, kif ukoll għall-utilizzazzjoni tad-diossidu tal-karbonju għal gassijiet kombustibbli sintetiċi li jwassal għan-newtralizzazzjoni permanenti tad-diossidu tal-karbonju.

L-Istati Membri kkonċernati: kollha.

(14) Grilji intelliġenti tal-gass: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti tal-gass madwar l-Unjoni għall-integrazzjoni b’mod effiċjenti ta’ pluralità ta’ sorsi ta’ gass b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli fin-network tal-gass, l-appoġġ għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi u diġitali għall-ġestjoni tan-network u l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija u r-rispons għad-domanda, inkluż l-aġġornamenti fiżiċi relatati jekk huma indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u installazzjonijiet għall-integrazzjoni ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.