+KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Projbizzjoni

KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“komoditajiet rilevanti” tfisser bhejjem tal-ifrat, kawkaw, kafè, żejt tal-palma, lastiku, sojja u nnjam;

(2) 

“prodotti rilevanti” tfisser prodotti elenkati fl-Anness I li fihom, li ġew mitmugħa jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti;

(3) 

“deforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni ta’ foresta għal użu agrikolu, kemm jekk ikkawżata mill-bniedem kif ukoll jekk le;

(4) 

“foresta”" tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettari b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ, u ma tinkludix art li predominantement għandha użu agrikolu jew urban;

(5) 

“użu agrikolu” tfisser l-użu ta’ art għall-fini tal-agrikoltura, inkluż għal pjantaġġuni agrikoli, u żoni agrikoli mwarrba, u għat-trabbija tal-bhejjem;

(6) 

“pjantaġġun agrikolu” tfisser art b’popolament ta’ siġar f’sistemi ta’ produzzjoni agrikola, bħal pjantaġġuni tas-siġar tal-frott, pjantaġġuni tal-palm taż-żejt, imsaġar taż-żebbuġ u sistemi agroforestali fejn l-għelejjel jitkabbru taħt il-kopertura tas-siġar; dan jinkludi l-pjantaġġuni kollha ta’ komoditajiet rilevanti għajr l-injam; il-pjantaġġuni agrikoli huma esklużi mid-definizzjoni ta’ “foresta”;

(7) 

“degradazzjoni tal-foresti” tfisser bidliet strutturali fil-kopertura tal-foresti, li jieħdu l-forma tal-konverżjoni ta’:

(a) 

foresti primarji jew foresti li jirriġeneraw b’mod naturali f’foresti ta’ tħawwil jew f’art imsaġġra oħra jew

(b) 

foresti primarji f’foresti mħawwla;

(8) 

“foresta primarja” tfisser foresta ta’ speċi ta’ siġar indiġeni, irriġenerata b’mod naturali, fejn ma jkunx hemm indikazzjonijiet viżibbli b’mod ċar ta’ attivitajiet tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi ma jkunux imfixkla b’mod sinifikanti;

(9) 

foresta li tirriġenera b’mod naturali” tfisser foresta magħmula predominantement minn siġar stabbiliti permezz ta’ riġenerazzjoni naturali; tinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

foresti li għalihom mhuwiex possibbli li ssir distinzjoni bejn jekk tħawlux jew ġewx irriġenerati b’mod naturali;

(b) 

foresti b’taħlita ta’ speċijiet ta’ siġar indiġeni rriġenerati b’mod naturali u siġar imħawla jew miżrugħa, u fejn is-siġar irriġenerati b’mod naturali huma mistennija li jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-istokk li qed jikber meta tintlaħaq il-maturità tal-popolament;

(c) 

msaġar minn siġar oriġinarjament stabbiliti permezz ta’ riġenerazzjoni naturali;

(d) 

siġar irriġenerati b’mod naturali ta’ speċijiet introdotti;

(10) 

“foresta mħawla” tfisser foresta li fil-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula minn siġar stabbiliti permezz tat-tħawwil u/jew taż-żrigħ, sakemm is-siġar imħawla jew miżrugħa jkunu mistennija jikkostitwixxu aktar minn 50 % tal-injam wieqaf fil-maturità; dan jinkludi l-imsajġar minn siġar li oriġinarjament ikunu ġew imħawla jew miżrugħin;

(11) 

“foresta ta’ tħawwil” tfisser foresta mħawla li hija ġestita b’mod intensiv u li tissodisfa, fil-maturità tat-tħawwil u tal-popolament, il-kriterji kollha li ġejjin: speċi waħda jew tnejn, klassi ta’ età ugwali, u spazjar regolari; dan jinkludi pjantaġġuni ta’ rotazzjoni qasira għall-injam, għall-fibra u għall-enerġija, u jeskludi l-foresti mħawla għall-protezzjoni jew għar-restawr tal-ekosistemi, kif ukoll il-foresti stabbiliti permezz tat-tħawwil jew tat-tiżrigħ, li fil-maturità tal-popolament jixbhu jew ikunu ser jixbhu foresti li jirriġenaw b’mod naturali;

(12) 

“art imsaġġra oħra” tfisser art mhux ikklassifikata bħala “foresta” ta’ aktar minn 0,5 ettari, b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kopertura ta’ qċaċet minn 5 % sa 10 %, jew siġar li kapaċi jilħqu dawk il-limiti in situ, jew b’kopertura kombinata ta’ arbuxxelli, buxxijiet u siġar ’il fuq minn 10 %, u ma tinkludix art li predominantement għandha użu agrikolu jew urban;

(13) 

“mingħajr deforestazzjoni” tfisser:

(a) 

li l-prodotti rilevanti fihom, ġew mitmugħa jew saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti li ġew prodotti fuq art li ma kinitx soġġetta għal deforestazzjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2020, u

(b) 

fil-każ ta’ prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-injam, li l-injam ikun inħasad mill-foresta mingħajr ma tiġi indotta degradazzjoni tal-foresti wara l-31 ta’ Diċembru 2020;

(14) 

“prodott” tfisser imkabbra, maħsuda, miksuba jew imrobbija fuq biċċiet ta’ art rilevanti jew, fir-rigward tal-bhejjem tal-irfat, fi;

▼M2

(15) 

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, matul attività kummerċjali, tintroduċi fis-suq jew tesporta prodotti rilevanti, esklużi l-operaturi downstream;

▼M2

(15a) 

“operatur primarju mikro jew żgħir” tfisser operatur li huwa persuna fiżika jew intrapriża mikro jew intrapriża żgħira, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), irrispettivament mill-forma legali tiegħu, stabbilit f’pajjiż ikklassifikat bħala ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament, u li, matul attività kummerċjali, jintroduċi fis-suq jew jesporta prodotti rilevanti li dan l-operatur innifsu jkun kabbar, ħasad, kiseb minn biċċiet ta’ art rilevanti jew rabba fuqhom, jew, fir-rigward tal-bhejjem tal-ifrat, fi stabbilimenti li jinsabu f’dak il-pajjiż; dan jinkludi operaturi li jaqbżu l-limiti ta’ mill-anqas tnejn mit-tliet kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE iżda li jistgħu juru li l-partijiet tat-total tal-karta bilanċjali tagħhom, il-fatturat nett u l-għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja, relatati mal-komoditajiet rilevanti u mal-prodotti rilevanti, ma jaqbżux il-limiti ta’ mill-anqas tnejn minn tlieta minn dawk il-kriterji;

(15b) 

“operatur downstream” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, matul attività kummerċjali, tintroduċi fis-suq jew tesporta prodotti rilevanti magħmula bl-użu ta’ prodotti rilevanti, li kollha jkunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew minn dikjarazzjoni simplifikata;

▼B

(16) 

“introduzzjoni fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba ta’ komodità jew ta’ prodott rilevanti fis-suq tal-Unjoni;

▼M2

(17) 

“negozjant” tfisser kwalunkwe persuna fil-katina tal-provvista għajr l-operatur jew l-operatur downstream li, matul attività kummerċjali, tqiegħed fis-suq prodotti rilevanti;

▼B

(18) 

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott rilevanti għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru;

▼M2

(19) 

“matul attività kummerċjali” tfisser għall-fini tal-ipproċessar, għad-distribuzzjoni lil konsumaturi kummerċjali jew mhux kummerċjali, jew għall-użu fin-negozju tal-operatur, tal-operatur downstream jew tan-negozjant innifsu;

▼B

(20) 

“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li ma tkunx persuna, ġuridika iżda li tkun rikonoxxuta skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali bħala persuna li jkollha l-kapaċità li twettaq atti legali;

(21) 

“persuna stabbilita fl-Unjoni” tfisser:

(a) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, kwalunkwe persuna li għandha r-residenza tagħha fl-Unjoni;

(b) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kwalunkwe persuna li jkollha uffiċċju reġistrat, kwartieri ċentrali jew stabbiliment permanenti ta’ negozju tagħha fl-Unjoni;

▼M2

(22) 

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li, f’konformità mal-Artikolu 6, tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand operatur sabiex taġixxi f’ismu b’rabta mal-kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-operatur skont dan ir-Regolament;

▼B

(23) 

“pajjiż ta’ oriġini” tfisser pajjiż jew territorju kif msemmija fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(24) 

“pajjiż tal-produzzjoni” tfisser il-pajjiż jew it-territorju fejn tkun ġiet prodotta l-komodità rilevanti jew il-komodità rilevanti użata fil-produzzjoni ta’ prodott rilevanti, jew li tkun tinsab fih;

(25) 

“prodotti mhux konformi tfisser prodotti rilevanti li ma jikkonformawx mal-Artikolu 3;

(26) 

“riskju negliġibbli” tfisser il-livell ta’ riskju li japplika għal komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti, meta, abbażi ta’ valutazzjoni sħiħa tal-informazzjoni speċifika għall-prodott u tal-informazzjoni ġenerali, u, fejn meħtieġ, tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa, dawk il-komoditajiet jew il-prodotti ma juru l-ebda raġuni għal tħassib li ma jkunux f’konformità mal-Artikolu 3, il punt (a) jew(b);

(27) 

“biċċa art” hija estensjoni tal-art fi ħdan proprjetà immobbli waħda, kif rikonoxxuta mil-liġijiet tal-pajjiż tal-produzzjoni, u li tgawdi minn kundizzjonijiet omoġenji biżżejjed sabiex tippermetti li jiġi evalwat fil-livell aggregat ir-riskju ta’ deforestazzjoni u ta’ degradazzjoni tal-foresti assoċjati ma’ komoditajiet prodotti fuq dik l-art;

(28) 

“ġeolokalizzazzjoni” tfisser il-pożizzjoni ġeografika ta’ biċċa art deskritta permezz ta’ koordinati ta’ latitudni u ta’ lonġitudni li jikkorrispondu għal mill-inqas punt wieħed ta’ latitudni u punt wieħed ta’ lonġitudni u li jużaw mill-inqas sitt ċifri deċimali; għal biċċiet ta’ art ta’ aktar minn erba’ ettari, użati għall-produzzjoni tal-komoditajiet rilevanti għajr il-bhejjem tal-ifrat, din għandha tiġi pprovduta bl-użu ta’ poligoni, b’ punti ta’ latitudni u lonġitudni suffiċjenti biex jiddeskrivu l-perimetru ta’ kull biċċa art;

(29) 

“stabbiliment” tfisser kwalunkwe post, struttura, jew, fil-każ ta’ biedja fil-beraħ, kwalunkwe ambjent jew post, fejn jinżammu l-bhejjem., fuq bażi temporanja jew permanenti;

▼M2

(30) 

“intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 3(3), rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE;

▼B

(31) 

“tħassib sostanzjat” tfisser talba debitament motivata bbażata fuq informazzjoni oġġettiva u verifikabbli rigward in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u li tista’ tirrikjedi l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti;

(32) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet deżinjati skont l-Artikolu 14(1);

(33) 

“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definiti fl-Artikolu 5, punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(34) 

“territorju doganali” huwa t-territorju kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(35) 

“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(36) 

“rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(37) 

“esportazzjoni” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 269 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(38) 

“prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq” tfisser prodotti rilevanti minn pajjiżi terzi mqiegħda taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” li huma maħsuba biex jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni u li mhumiex maħsuba għal użu jew għal konsum privat fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni;

(39) 

“prodotti rilevanti li joħorġu mis-suq” tfisser prodotti rilevanti mqiegħda taħt il-proċedura doganali “esportazzjoni”;

(40) 

“leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni” tfisser il-liġijiet applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni li jikkonċernaw l-istatus legali taż-żona tal-produzzjoni f’termini ta’:

(a) 

id-drittijiet għall-użu tal-art,

(b) 

il-ħarsien tal-ambjent,

(c) 

ir-regoli relatati mal-foresti, inkluż il-ġestjoni tal-foresti u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, fejn direttament relatati mal-ħsad tal-injam,

(d) 

id-drittijiet ta’ partijiet terzi,

(e) 

id-drittijiet tax-xogħol,

(f) 

id-drittijiet tal-bniedem protetti skont id-dritt internazzjonali,

(g) 

il-prinċipju ta’ kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC), inkluż kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni,

(h) 

ir-regolamenti dwar it-taxxa, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kummerċ u d-dwana.

Artikolu 3 Projbizzjoni

Artikolu 3

Projbizzjoni

Il-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti ma għandhomx jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew esportati, sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikunu mingħajr deforestazzjoni;

(b) 

ikunu ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni; u

▼M2

(c) 

ikunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew dikjarazzjoni simplifikata, kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.