+Artikolu 4 Obbligi tal-operaturi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
|
Artikolu 4 Obbligi tal-operaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8 qabel ma jqiegħdu prodotti rilevanti fis-suq jew qabel jesportawhom sabiex jagħtu prova li l-prodotti rilevanti jikkonformaw mal-Artikolu 3.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-operaturi ma għandhomx jintroduċu prodotti rilevanti fis-suq u lanqas ma għandhom jesportawhom mingħajr preżentazzjoni minn qabel ta’ dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta. L-operaturi li, abbażi tad-diliġenza dovuta eżerċitata f’konformità mal-Artikolu 8, jikkonkludu li l-prodotti rilevanti jikkonformaw mal-Artikolu 3 għandhom, qabel ma jintroduċu l-prodotti rilevanti fis-suq jew jesportawhom, jagħmlu disponibbli dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta għall-awtoritajiet kompetenti permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. Tali dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta disponibbli b’mod elettroniku u li tista’ tiġi trażmessa għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II għall-prodotti rilevanti u dikjarazzjoni mill-operatur li l-operatur eżerċita d-diliġenza dovuta u li ma jkun instab l-ebda riskju jew ikun instab biss riskju negliġibbli.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Billi jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jew, fil-każ ta’ operaturi primarji mikro jew żgħar, billi jippreżenta d-dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 4a, l-operatur għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott rilevanti mal-Artikolu 3. L-operaturi għandhom iżommu rekord tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta għal 5 snin mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-operaturi ma għandhomx jintroduċi prodotti rilevanti fis-suq u lanqas ma għandhom jesportawhom fejn japplika wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:
(a)
il-prodotti rilevanti ma jkunux konformi;
(b)
l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jkun żvela riskju mhux negliġibbli li l-prodotti rilevanti ma jkunux konformi;
(c)
l-operatur ma setax jissodisfa l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-operaturi li jkunu kisbu jew ġew mgħarrfa b’informazzjoni ġdida rilevanti, inkluż tħassib sostanzjat, li jindika li prodott rilevanti li huma jkunu introduċew fis-suq huwa f’riskju li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu introduċew il-prodott rilevanti fis-suq, kif ukoll lill-operaturi downstream u lin-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-prodott rilevanti. Fil-każ ta’ esportazzjonijiet, l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun il-pajjiż tal-produzzjoni.
|
|
Artikolu 4 6.
|
L-operaturi għandhom joffru l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-verifiki skont l-Artikolu 18, inkluż aċċess għall-bini u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumentazzjoni u rekords.
|
|
Artikolu 4 7.
|
L-operaturi għandhom jikkomunikaw lill-operaturi downstream u lin-negozjanti iktar ’l isfel fil-katina tal-provvista tal-prodotti rilevanti li jkunu introduċew fis-suq jew esportaw in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta jew, jekk ikun applikabbli, l-identifikaturi tad-dikjarazzjoni assoċjati ma’ dawk il-prodotti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|