+Artikolu 5 Obbligi tal-operaturi downstream u tan-negozjanti
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5 Obbligi tal-operaturi downstream u tan-negozjanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti biss jekk ikollhom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.
Artikolu 5 2.
L-operaturi downstream li mhumiex SMEs (“operaturi downstream mhux SMEs”) u n-negozjanti li mhumiex SMEs (“negozjanti mhux SMEs”) għandhom jirreġistraw fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 qabel ma jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti.
Artikolu 5 3.

L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom jiġbru u jżommu l-informazzjoni li ġejja relatata mal-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw:

(a) 

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, indirizz web tal-operaturi, tal-operaturi downstream jew tan-negozjanti li jkunu pprovdew il-prodotti rilevanti lilhom, kif ukoll, f’każ biss li l-fornitur tagħhom ikun operatur, in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikaturi tad-dikjarazzjonijiet assoċjati ma’ dawk il-prodotti;

(b) 

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, indirizz web tal-operaturi downstream jew tan-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-prodotti rilevanti.

Artikolu 5 4.
L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għal mill-inqas ħames snin mid-data tal-introduzzjoni fis-suq jew tat-tqegħid fis-suq jew tal-esportazzjoni, u għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.
Artikolu 5 5.
L-operaturi downstream u n-negozjanti li jkunu kisbu jew ġew mgħarrfa b’informazzjoni ġdida rilevanti, inkluż tħassib sostanzjat, li jindika li prodott rilevanti li huma jkunu introduċew jew qiegħdu fis-suq huwa f’riskju li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu introduċew jew qiegħdu fis-suq il-prodott rilevanti, kif ukoll lill-operaturi downstream u lin-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-prodott rilevanti. Fil-każ ta’ esportazzjonijiet, l-operaturi downstream għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun il-pajjiż tal-produzzjoni.
Artikolu 5 6.
Jekk l-operaturi downstream mhux SMEs u n-negozjanti mhux SMEs jiksbu jew jiġu mgħarrfa b’informazzjoni rilevanti, li tindika li prodott rilevanti ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, qabel l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni tal-prodotti rilevanti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom beħsiebhom jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew li minnhom beħsiebhom jesportaw dawk il-prodotti rilevanti. Fil-każ ta’ tħassib sostanzjat, huma għandhom jivverifikaw li d-diliġenza dovuta ġiet eżerċitata u li ma nstab l-ebda riskju jew li nstab riskju negliġibbli biss. Ma għandhomx jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti diment li l-verifika ma turi l-ebda riskju jew riskju negliġibbli biss ta’ nuqqas ta’ konformità.
Artikolu 5 7.
L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom joffru l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-verifiki skont l-Artikolu 19, inkluż l-aċċess għall-bini u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumentazzjoni u rekords.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.