+Artikolu 13 Diliġenza dovuta simplifikata
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Diliġenza dovuta simplifikata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Meta jintroduċu prodotti rilevanti fis-suq jew jesportawhom, l-operaturi ma għandhomx ikunu meħtieġa jissodisfaw l-obbligi skont l-Artikoli 10 u 11 meta, wara li jkunu vvalutaw il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti u r-riskju taċ-ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ir-riskju ta’ taħlit ma’ prodotti ta’ oriġini mhux magħrufa jew oriġini f’pajjiżi ta’ riskju għoli jew ta’ riskju standard jew partijiet minnhom, huma jkunu aċċertaw li l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti kollha jkunu ġew prodotti f’pajjiżi jew f’partijiet minnhom li kienu klassifikati bħala ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29. F’każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba d-dokumentazzjoni rilevanti li turi li hemm riskju negliġibbli ta’ ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ta’ taħlit ma’ prodotti ta’ oriġini mhux magħrufa jew ta’ oriġini f’pajjiżi ta’ riskju għoli jew ta’ riskju standard jew partijiet minnhom.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk l-operatur jikseb jew isir konxju ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż b’riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li tinkludi tħassib sostanzjat ippreżentat skont l-Artikolu 31, li tkun tindika riskju li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jew li dan ir-Regolament qed jiġi evitat, l-operatur għandu jissodisfa l-obbligi kollha skont l-Artikoli 10 u 11 u għandu jikkomunika minnufih kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Meta awtorità kompetenti tiġi mgħarrfa bi kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż f’każijiet li fihom komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti prodotti f’pajjiż b’riskju standard jew ta’ riskju għoli jew parti minnu jiġu sussegwentement pproċessati f’pajjiż b’riskju baxx jew parti minnu minn fejn jiġu introdotti fis-suq jew joħorġu minnu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata f’konformità mal-Artikolu 17(1) u, fejn meħtieġ, tadotta miżuri interim f’konformità mal-Artikolu 23.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|