+Artikolu 15 Għajnuna teknika, gwida u skambju ta’ tagħrif
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15 Għajnuna teknika, gwida u skambju ta’ tagħrif
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-operaturi li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 8, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu assistenza teknika u assistenza u gwida oħra lill-operaturi. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tipprovdi wkoll, fejn meħtieġ, gwida lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti. L-assistenza teknika u l-assistenza jew gwida oħra għandhom iqisu is-sitwazzjoni tal-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi, u l-persuni fiżiċi, sabiex jiffaċilitaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-konverżjoni ta’ data minn sistemi rilevanti biex jidentifikaw il-ġeolokalizzazzjoni fis-sistema ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 33. Hija għandha tqis ukoll l-atti legali rilevanti attwali jew futuri tal-Unjoni li jkun fihom obbligi ta’ diliġenza dovuta.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti, partikolarment bil-għan li jgħinu lill-operaturi fil-valutazzjoni tar-riskju kif stabbilit fl-Artikolu 10, u dwar l-aħjar prattiki rigward l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw b’mod kontinwu u jiskambjaw informazzjoni dwar kwalunkwe bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ ta’ prodotti rilevanti li tista’ twassal għaċ-ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-assistenza għandha tingħata b’mod li ma jikkompromettix l-indipendenza, l-obbligi legali jew ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-implimentazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament, billi toħroġ linji gwida rilevanti, billi tiżgura skambju kontinwu ma’ esperti, ma’ partijiet interessati u mal-operaturi rilevanti kollha, inklużi operaturi primarji żgħar jew mikro, operaturi downstream u negozjanti, billi tiżviluppa l-aħjar prattiki u billi tiġbor feedback tekniku mill-Pjattaforma ta’ diversi Partijiet Konċernati tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni u r-Restawr tal-Foresti tad-Dinja, u billi tippromwovi skambju ta’ informazzjoni, koordinazzjoni u kooperazzjoni adegwati bejn l-awtoritajiet kompetenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|