+Artikolu 21 Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.

Artikolu 21 Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet doganali mill-Istat Membru tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali minn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni, u jekk ikun meħtieġ, mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-awditi fuq il-post.
Artikolu 21 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu arranġamenti amministrattivi mal-Kummissjoni dwar it-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar investigazzjonijiet u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jikkomunikaw kwalunkwe żball tekniku sinifikanti ddokumentat lill-Kummissjoni jew kwalunkwe tfixkil sinifikanti li jirriżulta mis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.
Artikolu 21 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. Dak għandu jinkludi l-għoti ta’ aċċess għal informazzjoni dwar l-operaturi, l-operaturi downstream u n-negozjanti u l-iskambju tagħha, inkluż dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta u dikjarazzjoni simplifikata għall-operaturi primarji mikro jew żgħar, u dwar in-natura u r-riżultati tal-verifiki mwettqa, ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 21 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwissu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni meta jindunaw bi kwalunkwe ksur potenzjali ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u b’nuqqasijiet serji li jistgħu jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jidentifikaw prodott rilevanti fis-suq li jqisu li ma jkunx prodott konformi, sabiex jippermettu l-irtirar jew is-sejħa lura ta’ tali prodott mill-bejgħ fl-Istati Membri kollha.
Artikolu 21 5.
Fuq talba ta’ awtorità kompetenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdulha bl-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.