|
+Artikolu 7 3. |
Artikolu 7 3.Fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Bord b'rabta mal-kompiti konferiti lilu b'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom iwettqu, u jkunu responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
(a)
l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni u twettiq ta' valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 8 u 10 u mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9;
(b)
l-adozzjoni ta' miżuri matul l-intervent bikri skont l-Artikolu 13(3);
(c)
l-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati jew ir-rinunzja tal-obbligu ta' tfassil tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 11;
(d)
it-twaqqif tal-livell tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, skont l-Artikoli 12 sa 12k;
(e)
l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni u l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni msemmiija f'dan ir-Regolament, skont il-proċeduri u s-salvagwardji rilevanti, bil-kondizzjoni li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ma tkunx teħtieġ xi użu tal-Fond u tkun iffinanzjata esklużivament mill-għodod msemmija fl-Artikoli 21 u 24 sa 27 u/jew mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti, skont l-Artikolu 79, u l-proċedura stipulata fl-Artikolu 31;
(f)
il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 31. Jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun teħtieġ l-użu tal-Fond, il-Bord għandu jadotta l-iskema ta' riżoluzzjoni. Meta jadottaw deċiżjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu u jsegwu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 9, sakemm ma jivvalutawx, b'konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi tar-riżoluzzjoni se jintlaħqu b'mod aktar effikaċi billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni. Meta jwettqu l-kompiti msemmija f’dan il-paragrafu, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe referenza għall-Bord fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 8(6), (8), (10), tielet subparagrafu, (11a), (12) u (13), fl-Artikolu 10(1) sa (10), fl-Artikolu 10a, fl-Artikoli 11 sa 14, fl-Artikolu 15(1), (2) u (3), fl-Artikolu 16, fl-Artikolu 18(1), (1a), (2), (5) u (6), fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 21(1) sa (7), fl-Artikolu 21(8), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 21(9) u (10), fl-Artikolu 22(1), (3), (5) u (6), fl-Artikoli 23 u 24, fl-Artikolu 25(3), fl-Artikolu 27(1) sa (15), fl-Artikolu 27(16), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza, it-tielet subparagrafu, u r-raba’ subparagrafu, l-ewwel, it-tielet u r-raba’ sentenzi, fl-Artikolu 30(2b) u (2c), Artikolu 30a(1) u (2), fl-Artikolu 32 u fl-Artikolu 79(1), (2), (7) u (8), għandhom jinqraw bħala referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-gruppi u tal-entitajiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għal dak il-għan l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/59/UE u skont il-kundizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-Bord bil-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu li għandhom jittieħdu u għandhom jikkoordinaw mill-qrib mal-Bord meta jieħdu dawk il-miżuri. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jippreżentaw il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll kwalunkwe aġġornamenti, lill-Bord, flimkien ma' valutazzjoni ġustifikata tar-riżolvibbiltà tal-entità jew grupp konċernati skont l-Artikolu 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|