+Artikolu 10 10.

Artikolu 10 10.

Fejn il-Bord isib li l-miżuri proposti mill-entità jew l-impriża prinċipali kkonċernata ma jnaqqsux jew ma jneħħux b’mod effettiv l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà, il-Bord, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti u, fejn xieraq, mal-awtorità makroprudenzjali nominata, għandu jieħu deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tindika li l-Bord ivvaluta li l-miżuri proposti ma jnaqqsux jew ma jneħħux b’mod effettiv l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u għandu jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni biex jirrikjedu li l-entità, l-impriża prinċipali, jew kwalunkwe sussidjarja tal-grupp ikkonċernat tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri elenkati fil-paragrafu 11.

Fl-identifikazzjoni ta’ miżuri alternattivi, il-Bord għandu juri kif il-miżuri proposti mill-entità jew l-impriża prinċipali kkonċernata ma jkunux kapaċi jneħħu l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti huma proporzjonati sabiex ineħħuhom. Il-Bord għandu jikkonsidra t-theddida għall-istabbiltà finanzjarja li jippreżentaw dawn l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, u l-effett tal-miżuri fuq l-operat tal-entità jew l-impriża prinċipali kkonċernata, fuq l-istabbiltà u l-abbiltà tagħha li tagħti kontribut lill-ekonomija, fuq is-suq intern tas-servizzi finanzjarji u fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u l-Unjoni kollha kemm hi.

Il-Bord għandu jqis ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq l-entità kkonċernata jew il-grupp ikkonċernat li jmur lil hinn minn dak neċessarju biex jitneħħa l-impediment għar-riżolvibbiltà jew li jkun sproporzjonat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.