|
+Artikolu 10a 1. |
Artikolu 10a 1.►M6 Meta entità tkun f’sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma’ kull wieħed mir-rekwiżiti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata meta jitqies flimkien mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e ta’ dan ir-Regolament meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 12a(2), il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkollu s-setgħa, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li jordna lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex tipprojbixxi lil entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli (“M-MDA”), ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin: ◄
(a)
jagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;
(b)
joħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinati;
(c)
jagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika immedjatament l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Bord dwar dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|