|
+Artikolu 12c 8. |
Artikolu 12c 8.Il-Bord jista' jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sa limitu ta' 30 % tan-numru totali tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 12d (4) jew (5) li għalihom il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f. Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord kif ġej:
(a)
fejn ġew identifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà fil-valutazzjoni preċedenti tar-riżolvibbiltà, u jew:
(i)
ma ttieħdet ebda azzjoni ta' rimedju wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11) fl-iskeda ta' żmien mitluba mill-Bord, jew
(ii)
l-impediment sostantiv identifikat ma jistax jiġi indirizzat minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11), u l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jkun jikkumpensa parzjalment jew kompletament għall-impatt negattiv ta' impediment sostantiv dwar ir-riżolvibbiltà;
(b)
il-Bord iqis li l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta tal-entità ta' riżoluzzjoni hija limitata, b'kont meħud tad-daqs tal-entità, l-interkonnettività, in-natura, l-ambitu, ir-riskju u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-istatus ġuridiku tagħha u l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha; jew
(c)
ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE jirrifletti l-fatt li l-entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew li hija soġġetta għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament hija, f'termini ta stat ta' riskju, fost l-ogħla 20 % tal-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-perċentwali msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|