+Artikolu 12g 3.

Artikolu 12g 3.

Il-Bord jista' jippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 21a(1) jiġi ssodisfat kompletament jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b) 

l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f:

(c) 

il-garanzija tingħata għal mill-inqas ammont li huwa ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit li tissostitwixxi;

(d) 

il-garanzija tiġi skattata meta s-sussidjarja ma tkunx kapaċi tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra meta jsiru dovuti jew tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3) fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema jiġi l-ewwel;

(e) 

il-garanzija tkun kollateralizzata permezz ta' arranġament kollaterali finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) għal mill-inqas 50 % tal-ammont tagħha;

(f) 

il-kollateral li jappoġġa l-garanzija jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li, wara valwazzjonijiet negattivi adegwatament konservattivi, ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont kollateralizzat kif imsemmi fil-punt (e);

(g) 

il-kollateral li jappoġġa l-garanzija mhux gravat u b'mod partikolari ma jintużax bħala kollateral biex jappoġġa kwalunkwe garanzija oħra;

(h) 

il-kollateral għandu maturità effettiva li tissodisfa l-istess kondizzjoni ta' maturità bħal dik imsemmija fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(i) 

ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti, inkluż fejn tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (i) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-Bord, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti, motivata u bil-miktub jew inkella għandha turi b'mod sodisfaċenti ieħor li ma hemm ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.