|
+Artikolu 19 3. |
Artikolu 19 3.Malli l-Bord iqis li jista’ jkun neċessarju li jintuża l-Fond, huwa għandu jikkuntattja lill-Kummissjoni b’mod informali, fil-pront, u b’mod kunfidenzjali, sabiex jiddiskutu l-użu possibbli tal-Fond, inkluż l-aspetti legali u ekonomiċi tal-użu tiegħu. Ladarba l-Bord ikun ċert biżżejjed li l-iskema ta’ riżoluzzjoni prevista tkun se tinvolvi l-użu ta’ għajnuna mill-Fond, il-Bord għandu jinnotifika formalment lill-Kummissjoni bl-użu propost tal-Fond. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni teħtieġ sabiex tagħmel il-valutazzjonijiet tagħha skont dan il-paragrafu u li l-Bord ikollu fil-pussess tiegħu jew ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Malli tirċievi n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-użu tal-Fond joħloqx jew jheddidx li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi jiffavorixxi lill-benefiċjarju jew lil kwalunkwe impriża oħra, sa fejn ikun jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u jkun inkompatibbli mas-suq intern. Għall-użu tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji stabbiliti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikolu 107 TFUE. Il-Bord għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni fil-pussess tiegħu, jew li l-Bord ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u li l-Kummissjoni tqis li tkun neċessarja sabiex twettaq dik il-valutazzjoni. Meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mir-regolamenti rilevanti kollha adottati skont l-Artikolu 109 TFUE, mill-komunikazzjonijiet u mill-gwida kollha relatati u rilevanti tal-Kummissjoni, u l-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tar-regoli tat-Trattati relatati mal-għajnuna mill-Istat kif ikunu fis-seħħ fiż-żmien li fih għandha ssir il-valutazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati bħallikieku r-referenzi għall-Istat Membru responsabbli għan-notifika tal-għajnuna kienu referenzi għall-Bord, u bi kwalunkwe modifika neċessarja oħra. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-użu tal-Fond mas-suq intern u tindirizza dik id-deċiżjoni lill-Bord u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati. Dik id-deċiżjoni tista’ tkun kontinġenti fuq kundizzjonijiet jew fuq impenji fir-rigward tal-benefiċjarju u għandha tqis il-ħtieġa għall-eżekuzzjoni f’waqtha tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni mill-Bord. Id-deċiżjoni tista’ tistipula wkoll obbligi fuq il-Bord, fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti jew fl-Istati Membri kkonċernati jew fuq il-benefiċjarju sabiex tippermetti l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom magħha. Dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti dwar il-ħatra ta’ fiduċjarju jew ta’ persuna indipendenti oħra sabiex tgħin fil-monitoraġġ. Fiduċjarju jew persuna indipendenti oħra tista’ twettaq tali funzjonijiet kif jista’ jiġi speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe deċiżjoni skont dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjoni negattiva, indirizzata lill-Bord, li fiha tiddeċiedi li l-użu propost tal-Fond Uniku ma jkunx kompatibbli mas-suq intern u ma jkunx jista’ jiġi implimentat fil-forma kif proposta mill-Bord. Malli jirċievi tali deċiżjoni, il-Bord għandu jikkunsidra mill-ġdid l-iskema ta’ riżoluzzjoni tiegħu u għandu jħejji skema ta’ riżoluzzjoni riveduta.. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|