+Artikolu 19 Għajnuna mill-Istat u għajnuna mill-Fond
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
---+Artikolu 19 10.
---+Artikolu 19 11.
|
Artikolu 19 Għajnuna mill-Istat u għajnuna mill-Fond
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Meta l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE jew ta’ għajnuna mill-Fond f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-iskema ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni pożittiva jew kundizzjonali, jew deċiżjoni li mhijiex se tqajjem oġġezzjoni, dwar il-kompatibbiltà tal-użu ta’ tali għajnuna mas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-ħtieġa li l-Bord iwettaq l-iskema ta’ riżoluzzjoni f’waqtha, tadotta d-deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-użu tal-għajnuna mill-Istat jew tal-għajnuna mill-Fond mas-suq intern sa mhux aktar tard minn meta tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni jew toġġezzjona għaliha skont l-Artikolu 18(7), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament jew qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 24 siegħa msemmi fl-Artikolu 18(7), il-ħames subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament skont liema jiġi l-ewwel. Meta jwettqu l-kompiti mogħtijin lilhom mill-Artikolu 18, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti strutturali li jiżguraw l-indipendenza operazzjonali u jevitaw kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw bejn il-funzjonijiet fdati bit-twettiq ta’ dawk il-kompiti u funzjonijiet oħrajn u għandhom jippubblikaw b’mod xieraq l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-organizzazzjoni interna tagħhom f’dak fir-rigward.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Mal-wasla ta' komunikazzjoni skont l-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament, jew b'inzijattiva tiegħu stess, jekk il-Bord iqis li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, għandu jistieden lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri parteċipanti konċernati biex immedjatament jinnotifikaw il-miżuri previsti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Il-Bord għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe każ fejn huwa jistieden lil Stat Membru wieħed jew aktar jagħmel notifika skont l-Artikolu 108(3) TFUE.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Malli l-Bord iqis li jista’ jkun neċessarju li jintuża l-Fond, huwa għandu jikkuntattja lill-Kummissjoni b’mod informali, fil-pront, u b’mod kunfidenzjali, sabiex jiddiskutu l-użu possibbli tal-Fond, inkluż l-aspetti legali u ekonomiċi tal-użu tiegħu. Ladarba l-Bord ikun ċert biżżejjed li l-iskema ta’ riżoluzzjoni prevista tkun se tinvolvi l-użu ta’ għajnuna mill-Fond, il-Bord għandu jinnotifika formalment lill-Kummissjoni bl-użu propost tal-Fond. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni teħtieġ sabiex tagħmel il-valutazzjonijiet tagħha skont dan il-paragrafu u li l-Bord ikollu fil-pussess tiegħu jew ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Malli tirċievi n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-użu tal-Fond joħloqx jew jheddidx li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi jiffavorixxi lill-benefiċjarju jew lil kwalunkwe impriża oħra, sa fejn ikun jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u jkun inkompatibbli mas-suq intern. Għall-użu tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji stabbiliti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikolu 107 TFUE. Il-Bord għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni fil-pussess tiegħu, jew li l-Bord ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u li l-Kummissjoni tqis li tkun neċessarja sabiex twettaq dik il-valutazzjoni. Meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mir-regolamenti rilevanti kollha adottati skont l-Artikolu 109 TFUE, mill-komunikazzjonijiet u mill-gwida kollha relatati u rilevanti tal-Kummissjoni, u l-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tar-regoli tat-Trattati relatati mal-għajnuna mill-Istat kif ikunu fis-seħħ fiż-żmien li fih għandha ssir il-valutazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati bħallikieku r-referenzi għall-Istat Membru responsabbli għan-notifika tal-għajnuna kienu referenzi għall-Bord, u bi kwalunkwe modifika neċessarja oħra. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-użu tal-Fond mas-suq intern u tindirizza dik id-deċiżjoni lill-Bord u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati. Dik id-deċiżjoni tista’ tkun kontinġenti fuq kundizzjonijiet jew fuq impenji fir-rigward tal-benefiċjarju u għandha tqis il-ħtieġa għall-eżekuzzjoni f’waqtha tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni mill-Bord. Id-deċiżjoni tista’ tistipula wkoll obbligi fuq il-Bord, fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti jew fl-Istati Membri kkonċernati jew fuq il-benefiċjarju sabiex tippermetti l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom magħha. Dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti dwar il-ħatra ta’ fiduċjarju jew ta’ persuna indipendenti oħra sabiex tgħin fil-monitoraġġ. Fiduċjarju jew persuna indipendenti oħra tista’ twettaq tali funzjonijiet kif jista’ jiġi speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe deċiżjoni skont dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjoni negattiva, indirizzata lill-Bord, li fiha tiddeċiedi li l-użu propost tal-Fond Uniku ma jkunx kompatibbli mas-suq intern u ma jkunx jista’ jiġi implimentat fil-forma kif proposta mill-Bord. Malli jirċievi tali deċiżjoni, il-Bord għandu jikkunsidra mill-ġdid l-iskema ta’ riżoluzzjoni tiegħu u għandu jħejji skema ta’ riżoluzzjoni riveduta..
|
|
Artikolu 19 4.
|
Fejn il-Kummissjoni jkollha dubji serji dwar il-konformità mad-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 3, hi għandha twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista' teżerċita tali setgħat li jkunu disponibbli għaliha skont ir-regolamenti u miżuri oħrajn msemmija fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 3, u għandha tkun iggwidata minnhom.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Jekk, abbażi tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni, u wara l-għoti ta' notifika lill-partijiet ikkonċernati biex iressqu l-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni tqis li ma kienx hemm konformità mad-deċiżjoni skont il-paragrafu 3, hi għandha toħroġ deċiżjoni lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti kkonċernat fejn titlob lill-awtorità tirkupra l-ammonti użati ħażin f'perijodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. L-għajnuna mill-Fond li għandha tkun irkuprata skont deċiżjoni ta' rkupru għandha tinkludi imgħax b'rata adegwata ffissata mill-Kummissjoni li għandha titħallas lill-Bord. Il-Bord għandu jitfa' fil-Fond kwalunkwe ammont riċevut skont l-ewwel subparagrafu u għandu jikkunsidra tali ammonti meta jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet skont l-Artikoli 70 u 71. Il-proċedura ta' rkupru msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-benefiċjarji, kif stipulat fl-Artikoli 41 u 42 tal-Karta.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Bla ħsara għall-obbligi ta' rappurtar li l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi fid-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Bord għandu jippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni li jivvalutaw il-konformità tal-użu tal-Fond mad-deċiżjoni taħt dak il-paragrafu, li fir-rigward tat-tfassil tagħhom il-Bord għandu juża s-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 34.
|
|
Artikolu 19 7.
|
Kwalunkwe Stat Membru jew kwalunkwe persuna, impriża jew assoċjazzjoni li l-interessi tagħha jistgħu jiġu affettwati mill-użu tal-Fond, partikolarment l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, għandu jkollhom id-dritt jinformaw lill-Kummissoni dwar kwalunkwe suspett ta' użu ħażin tal-Fond li ma jkunx kompatibbli mad-deċiżjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 19 8.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 93 rigward regoli ta' proċedura dettaljati dwar:
(a)
il-kalkolu tar-rata ta' imgħax li għandha tkun applikata fil-każ ta' deċiżjoni ta' rkupru skont il-paragrafu 5;
(b)
il-garanziji tad-dritt ta' amministrazzjoni tajba u tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti msemmija fil-pargrafu 5.
|
|
Artikolu 19 9.
|
Fejn il-Kummissjoni, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord jew fuq inizjattiva proprja, tqis li l-applikazzjoni ta' għodod u azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ma tikkorrispondix mal-kriterji li abbażi tagħhom tkun saret id-deċiżjoni inizjali tagħha skont il-paragrafu 3, hi tkun tista' tirrevedi tali deċiżjoni u tadotta l-emendi xierqa.
|
|
Artikolu 19 10.
|
B’deroga mill-paragrafu 3, il-Kunsill jista’, wara applikazzjoni ta’ Stat Membru jew tal-Bord, fi żmien sebat ijiem minn meta ssir tali applikazzjoni, jiddeċiedi b’mod unanimu li l-użu tal-Fond għandu jitqies kompatibbli mas-suq intern, meta deċiżjoni bħal din tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-każ meta l-Kunsill ma jkunx iddeċieda f’ dak il-perjodu ta’ sebat ijiem.
|
|
Artikolu 19 11.
|
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tagħhom ikollhom is-setgħat meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma' kwalunkwe kondizzjoni stipulata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 u biex jirkupraw l-ammonti mhux użati tajjeb skont deċiżjoni ta' Kummissjoni skont il-paragrafu 5.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|