|
+Artikolu 27 1. |
Artikolu 27 1.L-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna tista' tiġi applikata għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-iskopijiet:
(a)
biex tiġi rikapitalizzata entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti biex tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni (sa fejn dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-entità) u li tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE fejn l-entità hija awtorizzata skont dawn id-Direttivi, u biex tkun sostnuta l-fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni jew fl-entità;
(b)
jikkonvertu għall-ekwità jew inaqqsu l-ammont kapitali ta' pretensjonijiet jew strumenti ta' dejn li huma ttrasferiti:
(i)
lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jipprovdu kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja; jew
(ii)
taħt l-għodda tal-bejgħ ta' operat jew l-għodda ta' separazzjoni tal-assi. Fil-qafas tal-iskema ta' riżoluzzjoni dwar l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, għandu jiġi stabbilit dan li ġej:
(a)
l-ammont aggregat li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu mnaqqsa jew konvertiti, skont il-paragrafu 13;
(b)
l-obbligazzjonijiet li jistgħu jiġu esklużi skont il-paragrafi 5 sa 14;
(c)
l-objettivi u l-kontenut minimu tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat li għandhom jiġu ppreżentati skont il-paragrafu 16. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|