|
+Artikolu 27 13. |
Artikolu 27 13.Il-Bord għandu jivvaluta fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) sa (15), tal-aggregat ta':
(a)
fejn rilevanti, l-ammont li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu valwati negattivament sabiex jiġi żgurat li l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkun żero; u
(b)
fejn relevanti, l-ammont li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu kkonvertiti f'ishma jew f'tipi oħrajn ta' strumenti kapitali sabiex jiġi rrestawrat il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta':
(i)
l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew
(ii)
tal-istituzzjoni tranżitorja. Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jeħtiġilhom jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta-listituzzjonitaħt riżoluzzjoni, jew, fejn applikabbli, jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni tranżitorja filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta' kapital mill-Fond skont il-punt (d) tal-Artikolu 76(1), u biex tiġi sostnuta biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja u jkun possibbli li tkompli tikkonforma għal tal-anqas ta' sena mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE. Fejn il-Bord ikollu l-ħsieb li juża l-għodda ta' separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 26, l-ammont li bih jeħtieġ li jitnaqqsu l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ għandu jqis stima prudenti tal-ħtiġijiet ta' kapital tal-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi bħala adegwat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|