+Artikolu 28 Monitoraġġ mill-Bord
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
|
Artikolu 28 Monitoraġġ mill-Bord
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Il-Bord għandu jimmonitorja mill-qrib l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Għal dak l-iskop l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom:
(a)
jikkooperaw ma' u jassistu lill-Bord fil-qadi tad-dmir tiegħu ta' monitoraġġ;
(b)
jipprovdu, f'intervalli regolari stabbiliti mill-Bord, informazzjoni preċiża, affidabbli u sħiħa dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni, l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, li jistgħu jintalbu mill-Bord, inkluż dwar dan li ġej:
(i)
is-sitwazzjoni operazzjonali u finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-istituzzjoni tranżitorja u l-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi;
(ii)
it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu li kieku saret likwidazzjoni tal-istituzzjoni bi proċedimenti normali ta' insolvenza;
(iii)
kwalunkwe proċedimenti fil-qorti fis-seħħ relatati mal-likwidazzjoni tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kontestazzjonijiet għad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni u għall-valwazzjoni jew relatati mal-applikazzjonijiet għal kumpens ippreżentati mill-azzjonisti jew il-kredituri;
(iv)
il-ħatra, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' evalwaturi, amministraturi, kontabilisti, avukati u professjonisti oħra li tista' tkun meħtieġa b'assistenza għall-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, u minħabba l-qadi ta' dmirijiethom;
(v)
kwalunkwe kwistjoni oħra li hi rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni inkluż kwalunkwe ksur potenzjali tas-salvagwardji pprovduti fid-Direttiva 2014/59/UE li tista' tissemma mill-Bord;
(vi)
il-punt sa fejn u l-mod li bih is-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 63 sa 72 tad-Direttiva 2014/59/UE huma eżerċitati minnhom;
(vii)
il-vijabbiltà ekonomika, il-fattibilità, u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat previst fl-Artikolu 27(16).
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jissottomettu għand il-Bord rapport finali dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Bord jista' jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar kwalunkwe aspett tal-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni, u b'mod partikolari l-elementi msemmija fl-Artikolu 23 u biex jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Fejn meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, l-iskema ta' riżoluzzjoni tista' tiġi emendata. Għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 18.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|