|
+Artikolu 28 1. |
Artikolu 28 1.Il-Bord għandu jimmonitorja mill-qrib l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Għal dak l-iskop l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom:
(a)
jikkooperaw ma' u jassistu lill-Bord fil-qadi tad-dmir tiegħu ta' monitoraġġ;
(b)
jipprovdu, f'intervalli regolari stabbiliti mill-Bord, informazzjoni preċiża, affidabbli u sħiħa dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni, l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, li jistgħu jintalbu mill-Bord, inkluż dwar dan li ġej:
(i)
is-sitwazzjoni operazzjonali u finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-istituzzjoni tranżitorja u l-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi;
(ii)
it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu li kieku saret likwidazzjoni tal-istituzzjoni bi proċedimenti normali ta' insolvenza;
(iii)
kwalunkwe proċedimenti fil-qorti fis-seħħ relatati mal-likwidazzjoni tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kontestazzjonijiet għad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni u għall-valwazzjoni jew relatati mal-applikazzjonijiet għal kumpens ippreżentati mill-azzjonisti jew il-kredituri;
(iv)
il-ħatra, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' evalwaturi, amministraturi, kontabilisti, avukati u professjonisti oħra li tista' tkun meħtieġa b'assistenza għall-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, u minħabba l-qadi ta' dmirijiethom;
(v)
kwalunkwe kwistjoni oħra li hi rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni inkluż kwalunkwe ksur potenzjali tas-salvagwardji pprovduti fid-Direttiva 2014/59/UE li tista' tissemma mill-Bord;
(vi)
il-punt sa fejn u l-mod li bih is-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 63 sa 72 tad-Direttiva 2014/59/UE huma eżerċitati minnhom;
(vii)
il-vijabbiltà ekonomika, il-fattibilità, u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat previst fl-Artikolu 27(16). L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jissottomettu għand il-Bord rapport finali dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|