+Artikolu 31 Kooperazzjoni fl-SRM
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
|
Artikolu 31 Kooperazzjoni fl-SRM
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Il-Bord għandu jwettaq il-kompiti tiegħu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Il-Bord f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandu japprova u jippubblika l-qafas għall-organizzazzjoni tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Sabiex jiżgura l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Bord:
(a)
għandu jfassal linji gwida u struzzjonijiet ġenerali lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont liema l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu adottati u jitwettqu l-kompiti u d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni;
(b)
jista' fi kwalunkwe ħin jeżerċita s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 34 sa 37;
(c)
jista' jitlob informazzjoni, fuq bażi ad hoc jew kontinwa, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-prestazzjoni tal-kompiti mwettqa minnhom skont l-Artikolu 7(3);
(d)
għandu jirċievi abbozz tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni li dwarhom jista' jesprimi l-opinjoni tiegħu, u jindika b'mod partikolari, l-elementi tal-abbozz ta' deċiżjoni li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew mal-istruzzjonijiet ġenerali tal-Bord.
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, il-Bord jista' jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jippreżentaw lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa, miksuba minnhom skont l-Artikolu 11 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, bla ħsara għall-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-Artikolu 13(4) sa (10) u l-Artikoli 88 sa 92 tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandhomx japplikaw għar-relazzjonijiet bejn awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali. Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta kif imsemmi
►M1
l-Artikolu 45h ◄ tad-Direttiva 2014/59/UE ma tapplikax. Minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Għall-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u għall-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b) u l-Artikolu 7(5), ta’ dan ir-Regolament meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jikkonsultaw lill-Bord qabel ma jaġixxu skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jistabbilixxu limitu ta’ żmien xieraq biex il-Bord iwieġeb għat-talba għal konsultazzjoni, li ma għandux ikun iqsar minn jumejn tax-xogħol wara l-preżentazzjoni tat-talba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali. Meta l-Bord ma jesprimix il-fehmiet tiegħu f’dak il-limitu ta’ żmien, jew jitlob l-estensjoni tiegħu, għandu jiġi preżunt li l-Bord ma għandu l-ebda kumment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|