|
+Artikolu 31 1. |
Artikolu 31 1.Il-Bord għandu jwettaq il-kompiti tiegħu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Il-Bord f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandu japprova u jippubblika l-qafas għall-organizzazzjoni tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Sabiex jiżgura l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Bord:
(a)
għandu jfassal linji gwida u struzzjonijiet ġenerali lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont liema l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu adottati u jitwettqu l-kompiti u d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni;
(b)
jista' fi kwalunkwe ħin jeżerċita s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 34 sa 37;
(c)
jista' jitlob informazzjoni, fuq bażi ad hoc jew kontinwa, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-prestazzjoni tal-kompiti mwettqa minnhom skont l-Artikolu 7(3);
(d)
għandu jirċievi abbozz tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni li dwarhom jista' jesprimi l-opinjoni tiegħu, u jindika b'mod partikolari, l-elementi tal-abbozz ta' deċiżjoni li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew mal-istruzzjonijiet ġenerali tal-Bord. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, il-Bord jista' jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jippreżentaw lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa, miksuba minnhom skont l-Artikolu 11 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, bla ħsara għall-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|