+Artikolu 34 Talbiet għall-informazzjoni
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
|
Artikolu 34 Talbiet għall-informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
►M6
Il-Bord jista’, billi jagħmel użu sħiħ mill-informazzjoni kollha li diġà tkun disponibbli għall-BĊE, inkluż l-informazzjoni miġbura mill-membri tas-SEBĊ f’konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ banek ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew mill-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għall-BERS, għall-EBA, għall-ESMA jew għall-EIOPA, jirrikjedi, permezz tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali jew direttament, wara li jkun informa lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin sabiex jipprovdulu l-informazzjoni neċessarja kollha, f’konformità mal-proċedura u l-formola mitluba mill-Bord, sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu: ◄
(a)
l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2;
(b)
l-impjegati tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2;
(c)
partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fl-Artikolu 2 ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet.
|
|
Artikolu 34 2.
|
L-entitajiet u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba skont dak il-paragrafu. Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ma għandhomx jeżentaw lil dawk l-entitajiet u l-persuni mid-dover li jipprovdu dik l-informazzjoni. L-għoti tal-informazzjoni mitluba ma għandux jitqies bħala ksur tar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Fejn il-Bord jikseb informazzjoni direttament mingħand dawk l-entitajiet u l-persuni, għandu jqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni konċernati.
|
|
Artikolu 34 4.
|
Il-Bord ikun jista' jikseb, inkluż fuq bażi kontinwa kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, partikolarment dwar il-kapital, il-likwidità, l-assi u l-obbligazzjonijiet li jikkonċernaw kwalunkwe istituzzjoni soġġetta għas-setgħat tiegħu ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 34 5.
|
Il-Bord, il-BĊE, il-membri tas-SEBĊ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali jistgħu jfasslu memoranda ta’ qbil li jistabbilixxu proċedura li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Bord, il-BĊE u membri oħra tas-SEBĊ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali ma għandux jitqies li jikser ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.
|
|
Artikolu 34 6.
|
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BĊE, il-membri tas-SEBĊ, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA, u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jikkooperaw mal-Bord biex jivverifikaw jekk xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha mitluba tkunx diġà disponibbli fil-mument li ssir it-talba. Meta tali informazzjoni tkun disponibbli, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BĊE u membri oħra tas-SEBĊ, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA, jew l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Bord.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|