+Artikolu 41 L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.

Artikolu 41 L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.

Il-Bord għandu jippubblika d-deċiżjonijiet li jimponu penali msemmija fl-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 39(1), sakemm tali żvelar ma jipperikolax ir-riżoluzzjoni tal-entità kkonċernata. Il-pubblikazzjoni għandha ssir fuq bażi anonima, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

fejn l-informazzjoni ppubblikata tkun tinkludi data personali u wara li tkun saret valutazzjoni obbligatorja minn qabel, tali pubblikazzjoni ta' data personali hi meqjusa bħala sproporzjonata;

(b) 

fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;

(c) 

fejn il-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti.

Alternattivament, f'tali każijiet, il-pubblikazzjoni tad-data in kwistjoni ista' tiġi posposta għal perijodu raġonevoli jekk ikun prevedibbli li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ikunu se jieqfu f'dak il-perijodu.

Il-Bord għandu jinforma lill-ABE dwar kull multa u pagamenti perjodiċi ta' penali imposti minnu skont l-Artikoli 38 u 39 u għandu jagħti informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu.

Artikolu 41 2.
Multi u pagamenti tal-penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 38 u 39 għandhom ikunu ta' natura amministrattiva.
Artikolu 41 3.
Multi u pagamenti ta' penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 38 u 39 għandhom jiġu infurzati.

L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli ta' proċedura applikabbli fis-seħħ fl-Istat Membru parteċipanti li fit-territorju tiegħu titwettaq. L-ordni għall-infurzar tiegħu għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni, mingħajr kwalunkwe formalità oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali li l-gvern ta' kull Stat Membru għandu jaħtar għal dak il-fini u li għandu jgħarraf lill-Bord u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Fejn dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkompletati fuq talba tal-parti kkonċernata, din tista' twettaq l-infurzar f' konformita' mal-liġi nazzjonali, billi ġġib il-kwistjoni direttament quddiem l-entità kompetenti.

L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat għandhom ikollhom ġurisdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar qed jitwettaq b'mod irregolari.

Artikolu 41 4.
L-ammonti tal-multi u l-pagamenti perjodiċi tal-pieni għandhom jiġu allokati għall-Fond.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.