|
+Artikolu 41 1. |
Artikolu 41 1.Il-Bord għandu jippubblika d-deċiżjonijiet li jimponu penali msemmija fl-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 39(1), sakemm tali żvelar ma jipperikolax ir-riżoluzzjoni tal-entità kkonċernata. Il-pubblikazzjoni għandha ssir fuq bażi anonima, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
fejn l-informazzjoni ppubblikata tkun tinkludi data personali u wara li tkun saret valutazzjoni obbligatorja minn qabel, tali pubblikazzjoni ta' data personali hi meqjusa bħala sproporzjonata;
(b)
fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;
(c)
fejn il-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti. Alternattivament, f'tali każijiet, il-pubblikazzjoni tad-data in kwistjoni ista' tiġi posposta għal perijodu raġonevoli jekk ikun prevedibbli li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ikunu se jieqfu f'dak il-perijodu. Il-Bord għandu jinforma lill-ABE dwar kull multa u pagamenti perjodiċi ta' penali imposti minnu skont l-Artikoli 38 u 39 u għandu jagħti informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|