+Artikolu 63 Implimentazzjoni tal-baġit,preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.
---+Artikolu 63 7.
---+Artikolu 63 8.
---+Artikolu 63 9.

Artikolu 63 Implimentazzjoni tal-baġit,preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.
Il-President għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Bord.
Artikolu 63 2.
Sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarjasussegwenti, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Bord għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji, flimkien mar-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja matul is-sena finanzjarja, lill-Qorti tal-Awdituri biex tifformula l-osservazzjonijiet tagħha.

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarjasussegwenti, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Bord għandu jippreżenta r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord, u lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 63 3.
Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-President għandu jittrażmetti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.l-kontijiet proviżorji tal-Bord għas-sena finanzjarjapreċedenti.
Artikolu 63 4.
Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-bord, il-President, filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabilità tiegħu jew tagħha stess, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Bord u għandu jibgħathom lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu, għall-approvazzjoni.
Artikolu 63 5.
Sal-1 ta' Lulju ta' kull sena, il-President għandu, wara l-approvazzjoni tal-Bord, jibgħat il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja preċedenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 63 6.
Fejn jaslu osservazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri, il--President għandu jibgħat tweġiba sat-30 ta' Settembru.
Artikolu 63 7.
Sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarjapreċedenti għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 63 8.
Il-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, għandu jagħti l-kwittanza lill-President fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit.
Artikolu 63 9.
Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-President għandu jippreżenta kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-kontijiet tal-Bord lill-istituzzjoni tal-Unjoni li tagħmel it-talba, soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.