+Artikolu 3 Ħatra ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u ministeri kompetenti
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
---+Artikolu 3 9
---+Artikolu 3 10
---+Artikolu 3 11

Artikolu 3 Ħatra ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u ministeri kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ta' riżoluzzjoni waħda jew, eċċezzjonalment, aktar, li jkollhom is-setgħa japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 3 2

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti, awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet fdati b'setgħat amministrattivi pubbliċi.

Artikolu 3 3

3.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tkun fdata b'funzjonijiet oħrajn, inkluż funzjonijiet superviżorji, għandhom ikunu fis-seħħ arranġamenti strutturali adegwati sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess bejn il-funzjonijiet fdati lill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont din id-Direttiva u l-funzjonijiet superviżorji jew dawk oħrajn, mingħajr preġudizzju għall-iskambju ta' informazzjoni u għall-obbligi ta' kooperazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-arranġamenti jiżguraw indipendenza operazzjonali effettiva, inkluż persunal separat, linji ta' rapportar u proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtorità ta' riżoluzzjoni minn kwalunkwe funzjoni superviżorja jew funzjoni oħra ta' dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 3 4

4.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma għandhomx jipprekludu li:

(a)

il-linji ta' rapportar jikkonverġu fl-ogħla livell jew fil-livell tal-maniġment superjuri ta' organizzazzjoni li tassorbi funzjonijiet jew awtoritajiet differenti;

(b)

il-persunal huwa kondiviż, skont kundizzjonijiet predefiniti, bejn il-funzjoni ta' riżoluzzjoni u l-funzjonijiet l-oħrajn, inkluż il-funzjonijiet superviżorji, sabiex tlaħħaq mal-volumi tax-xogħol temporanjament għoljin, jew sabiex l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tista' tagħmel użu mill-għarfien espert tal-persunal kondiviż.

Artikolu 3 5

5.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-regoli interni biex jipprevjenu konflitti ta' interess f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4, inkluż regoli li jirrigwardaw is-segretezza professjonali u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-oqsma funzjonali differenti.

Artikolu 3 6

6.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-awtoritajiet li jeżerċitaw funzjonijiet ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni u l-persuni li jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet f'isimhom jikkooperaw mill-qrib fit-tħejjija, fl-ippjanar u fl-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni, kemm fil-każ fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni u l-awtorità superviżorja jkunu entitajiet separati kif ukoll fil-każ fejn il-funzjonijiet jitwettqu fl-istess entità.

Artikolu 3 7

7.   Kull Stat Membru għandu jaħtar ministeru wieħed bħala l-ministeru kompetenti skont din id-Direttiva. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni xieraq ma' ministeri oħra involuti.

Artikolu 3 8

8.   Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fi Stat Membru ma tkunx il-ministeru kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinforma lill-ministeru kompetenti bid-deċiżjonijiet meħudin skont din id-Direttiva mingħajr dewmien żejjed u, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ma timplimenta ebda deċiżjoni li jkollha impatt fiskali dirett mingħajr ma tkun kisbet l-approvazzjoni ta' dak il-ministeru kompetenti.

Artikolu 3 9

9.   Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità ta' riżoluzzjoni waħda, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-EIOPA b'notifika motivata bis-sħiħ bir-raġuni għal dan u għandu jalloka b'mod ċar il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet bejn dawk l-awtoritajiet, jiżgura koordinazzjoni adegwata bejniethom u jaħtar awtorità unika bħala awtorità ta' kuntatt għall-finijiet ta' kooperazzjoni u ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' Stati Membri oħrajn.

Artikolu 3 10

10.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-EIOPA dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali maħtura bħala l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u, fejn rilevanti, dwar l-awtorità ta' kuntatt u l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-EIOPA għandha tippubblika l-lista ta' dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta' kuntatt.

Artikolu 3 11

11.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ir-reponsabbiltà tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tal-awtorità superviżorja u tal-persunal rispettiv tagħhom f'konformità mal-liġi nazzjonali għall-atti u għall-ommissjonijiet tagħhom fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.