3. Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti, l-awtorità superviżorja ta' domiċilju għandha, fuq talba ta' awtorità superviżorja ospitanti, tipprovdi l-pjan ta' rkupru preventiv lil dik l-awtorità superviżorja ospitanti. L-awtorità superviżorja ospitanti tista' teżamina l-pjan ta' rkupru preventiv sabiex tidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta' rkupru preventiv li jista' jkollha impatt negattiv fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità superviżorja ta' domiċilju fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet. L-awtorità superviżorja ta' domiċilju għandha tipprovdi tweġiba motivata dwar id-deċiżjoni tagħha li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet jew li ma ssegwihomx. Meta l-awtorità superviżorja ta' domiċilju tonqos milli tqis korrettament ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità superviżorja ospitanti, l-awtorità superviżorja ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.