+Artikolu 6 Rieżami u valutazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
|
Artikolu 6 Rieżami u valutazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Fi żmien disa' xhur mil-preżentazzjoni ta' kull pjan ta' rkupru preventiv, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jirrieżaminaw dak il-pjan u jivvalutaw sa liema punt jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 u dan kollu li ġej:
|
(a)
|
jekk l-implimentazzjoni tal-arranġamenti proposti fil-pjan hijiex raġonevolment probabbli li żżomm jew tirrestawra f'perjodu ta' żmien xieraq il-vijabbiltà u l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
|
|
(b)
|
jekk il-pjan u l-opzjonijiet speċifiċi fil-pjan ikunux raġonevolment probabbli li jiġu implimentati malajr u b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet ta' stress finanzjarju;
|
|
(c)
|
jekk il-pjan u l-għażliet speċifiċi fil-pjan humiex raġonevolment probabbli li jevitaw sa fejn ikun possibbli kwalunkwe effett avvers sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, inkluż f'xenarji li jwasslu sabiex impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni oħrajn jimplimentaw pjanijiet ta' rkupru preventiv fl-istess perjodu.
|
|
|
Artikolu 6 2
|
2. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni bil-pjanijiet ta' rkupru preventiv kollha li jkunu rċevew. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżaminaw il-pjan ta' rkupru preventiv sabiex jidentifikaw kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta' rkupru preventiv li jista' jkollha impatt avvers fuq ir-riżolvibbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernati u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-awtorità superviżorja fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti, l-awtorità superviżorja ta' domiċilju għandha, fuq talba ta' awtorità superviżorja ospitanti, tipprovdi l-pjan ta' rkupru preventiv lil dik l-awtorità superviżorja ospitanti. L-awtorità superviżorja ospitanti tista' teżamina l-pjan ta' rkupru preventiv sabiex tidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta' rkupru preventiv li jista' jkollha impatt negattiv fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità superviżorja ta' domiċilju fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet. L-awtorità superviżorja ta' domiċilju għandha tipprovdi tweġiba motivata dwar id-deċiżjoni tagħha li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet jew li ma ssegwihomx. Meta l-awtorità superviżorja ta' domiċilju tonqos milli tqis korrettament ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità superviżorja ospitanti, l-awtorità superviżorja ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. L-awtoritajiet superviżorji li, wara li jkunu vvalutaw il-pjan ta' rkupru preventiv, jikkonkludu li hemm nuqqasijiet materjali f'dak il-pjan, jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu għandhom jinnotifikaw lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata dwar il-kontenut tal-valutazzjoni tagħhom u jirrikjedu li l-impriża kkonċernata tippreżenta, fi żmien xahrejn, pjan rivedut li juri kif jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet jew l-impedimenti. Dak il-perjodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'xahar, fuq talba tal-impriża kkonċernata, meta l-awtorità superviżorja taqbel ma' dan.
Qabel ma impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tintalab tressaq mill-ġdid pjan ta' rkupru preventiv, l-awtorità superviżorja għandha tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dak ir-rekwiżit.
Awtorità superviżorja li ssib li n-nuqqasijiet u l-impedimenti ma ġewx indirizzati b'mod adegwat fil-pjan rivedut tista' tagħti struzzjonijiet lill-impriża sabiex tagħmel bidliet speċifiċi fil-pjan.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tonqos milli tippreżenta pjan ta' rkupru preventiv rivedut, jew meta l-awtorità superviżorja tiddetermina li l-pjan ta' rkupru preventiv rivedut ma jirrimedjax b'mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti identifikati fil-valutazzjoni oriġinali tagħha, u ma jkunx possibbli li jiġu rrimedjati adegwatament in-nuqqasijiet jew l-impedimenti permezz ta' struzzjoni għal tibdil speċifiku fil-pjan, l-awtorità superviżorja għandha titlob lill-impriża tidentifika fi żmien raġonevoli l-bidliet li tista' tagħmel fin-negozju tagħha sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fil-pjan ta' rkupru preventiv jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan.
Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tonqos milli tidentifika tali bidliet fiż-żmien stabbilit mill-awtorità superviżorja, jew meta l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-azzjonijiet proposti mill-impriża ma jkunux jindirizzaw adegwatament in-nuqqasijiet jew l-impedimenti, jista' jkun li l-awtorità superviżorja jkollha bżonn tieħu deċiżjoni motivata sabiex tagħti struzzjonijiet lill-impriża sabiex tieħu kwalunkwe miżura li l-awtorità superviżorja tikkunsidra bħala neċessarja u proporzjonata, b'kont meħud tas-serjetà tan-nuqqasijiet u tal-impedimenti u tal-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-impriża.
Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u għandha tkun soġġetta għal dritt ta' appell.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|