4. L-awtoritajiet superviżorji li, wara li jkunu vvalutaw il-pjan ta' rkupru preventiv, jikkonkludu li hemm nuqqasijiet materjali f'dak il-pjan, jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu għandhom jinnotifikaw lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata dwar il-kontenut tal-valutazzjoni tagħhom u jirrikjedu li l-impriża kkonċernata tippreżenta, fi żmien xahrejn, pjan rivedut li juri kif jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet jew l-impedimenti. Dak il-perjodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'xahar, fuq talba tal-impriża kkonċernata, meta l-awtorità superviżorja taqbel ma' dan.
Qabel ma impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tintalab tressaq mill-ġdid pjan ta' rkupru preventiv, l-awtorità superviżorja għandha tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dak ir-rekwiżit.
Awtorità superviżorja li ssib li n-nuqqasijiet u l-impedimenti ma ġewx indirizzati b'mod adegwat fil-pjan rivedut tista' tagħti struzzjonijiet lill-impriża sabiex tagħmel bidliet speċifiċi fil-pjan.