1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja, ifasslu pjan ta’ riżoluzzjoni għal kull impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma tkunx parti minn grupp soġġett għall-ippjanar ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 10 u 11, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tieħu meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3).