+Artikolu 9 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
---+Artikolu 9 9

Artikolu 9 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja, ifasslu pjan ta’ riżoluzzjoni għal kull impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma tkunx parti minn grupp soġġett għall-ippjanar ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 10 u 11, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tieħu meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3).

Artikolu 9 2

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ifasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għalihom jivvalutaw li huwa aktar probabbli, meta mqabbla ma' impriżi oħrajn taħt il-mandat tagħhom, li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun fl-interess pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 19(5) fil-każ tal-falliment tal-impriża kkonċernata, jew li għalihom l-awtoritajiet jivvalutaw li jwettqu funzjoni kritika. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom i qisu, bħala minimu, il-ħtieġa li jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni u d-daqs, il-mudell tan-negozju, il-profil tar-riskju, l-interkonnettività, is-sostitwibbiltà u b'mod partikolari l-attività transfruntiera tal-impriża.

Abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li tal-anqas 40 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ħajja tal-Istat Membru u 40 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja – is-sehem tas-suq tal-ħajja bbażat fuq provvedimenti tekniċi grossi u s-sehem tas-suq mhux tal-ħajja bbażat fuq primjums grossi miktuba – ikunu soġġetti għal ppjanar ta' riżoluzzjoni. Fil-kalkolu tal-livell ta' kopertura tas-suq, l-impriżi sussidjarji ta' grupp jistgħu jitqiesu meta dawk l-impriżi sussidjarji jkunu koperti fil-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp.

L-impriżi żgħar u mhux kumplessi ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' ppjanar ta' riżoluzzjoni, ħlief meta awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li tali impriża tirrappreżenta riskju partikolari fil-livell nazzjonali jew reġjonali.

Artikolu 9 3

3.   Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju għandhom jipprovdu l-abbozz tal-pjan ta' riżoluzzjoni lill-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni ospitanti. L-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni ospitanti jistgħu jeżaminaw l-abbozz tal-pjan ta' riżoluzzjoni sabiex jidentifikaw kwalunkwe azzjoni fil-abbozz tal-pjan ta' riżoluzzjoni li jista' jkollha impatt negattiv fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħhom u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet. L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju għandha tipprovdi tweġiba motivata dwar id-deċiżjoni tagħha li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet jew li ma ssegwihomx. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju tonqos milli tqis korrettament ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta' riżoluzzjoni ospitanti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 9 4

4.   Meta jiġu speċifikati l-opzjonijiet għall-applikazzjoni tal-għodod u tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu x-xenarji ta' riżoluzzjoni rilevanti, inkluż ix-xenarju li fih il-falliment tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkun idjosinkratiku u x-xenarju fejn iseħħ fi żmien ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew ta' avvenimenti fis-sistema kollha.

Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ma għandhom jassumu l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.

Artikolu 9 5

5.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirrieżaminaw, u fejn meħtieġ jaġġornaw, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni mill-inqas kull sentejn, u fi kwalunkwe każ:

a)

wara kwalunkwe bidla materjali fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fin-negozju tagħha, jew fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha, li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew inkella tagħmel neċessarja reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni;

b)

meta bidla materjali fil-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan, jew inkella tkun teħtieġ reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, issir prevedibbli.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kwalunkwe avveniment li jeħtieġ reviżjoni jew aġġornament tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 9 6

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistipulaw l-opzjonijiet għall-applikazzjoni tal-għodod lil, u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta', l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni għandu jkun fihom, ikkwantifikati kull meta jkun xieraq u possibbli, dawn kollha li ġejjin:

(a)

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;

(b)

sommarju tal-bidliet materjali fl-impriża li seħħew minn meta kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni relatata mar-riżoluzzjoni;

(c)

turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ta' negozju ewlenin jistgħu legalment u ekonomikament jiġu sseparati, sal-punt neċessarju, minn funzjonijiet oħrajn sabiex tiġi żgurata l-kontinwità malli tfalli l-impriża;

(d)

identifikazzjoni ta' dawk l-assi li jkunu mistennijin jikkwalifikaw bħala kollateral;

(e)

stima tal-limitu ta' żmien għall-eżekuzzjoni ta' kull aspett materjali tal-pjan;

(f)

deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, inkluż il-valutazzjoni tal-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza, imwettqa f'konformità mal-Artikolu 13;

(g)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 15 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 13;

(h)

spjegazzjoni dwar kif l-opzjonijiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament;

(i)

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti ta' riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati fid-dawl tax-xenarji differenti possibbli u tal-limiti ta' żmien applikabbli;

(j)

deskrizzjoni tal-interdependenzi ta' importanza kritika;

(k)

analiżi tal-impatt tal-pjan ta' riżoluzzjoni fuq l-impjegati tal-impriża, inkluż valutazzjoni ta' kwalunkwe kost assoċjat, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta' riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali, fejn applikabbli;

(l)

pjan għall-komunikazzjoni mal-media u mal-pubbliku;

(m)

deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u tas-sistemi essenzjali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-impriża;

(n)

fejn applikabbli, kwalunkwe opinjoni espressa mill-impriża fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

Is-sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan għandu jiġi żvelat lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 9 7

7.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tibgħat il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe bidla li ssir fihom lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

Artikolu 9 8

8.   L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment il-kontenut tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 9 9

9.   L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Jannar 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jispeċifikaw aktar il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.