+Artikolu 13 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5

Artikolu 13 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja, jivvalutaw sa liema punt l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma jkunux parti minn grupp ikunu riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli u applikabbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.

Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha titqies riżolvibbli meta jkun fattibbli u kredibbli li dik l-impriża tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, jew li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tirriżolvi dik l-impriża billi tapplika għaliha l-għodod ta' riżoluzzjoni differenti u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 13 2

2.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi li azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tkun meħtieġa fl-interess pubbliku minħabba li l-istralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jilħaqx l-objettivi ta' riżoluzzjoni sal-istess punt, hija għandha tipproċedi għall-istadji konsekuttivi li ġejjin:

(a)

tagħżel azzjoni ta' riżoluzzjoni ppreferuta xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni minħabba l-istruttura u l-mudell tan-negozju tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(b)

tivvaluta jekk huwiex fattibbli li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula tiġi applikata b'mod effettiv f'perjodu ta' żmien xieraq u tidentifika impedimenti potenzjali għall-implimentazzjoni tagħha;

(c)

tivvaluta l-kredibbiltà tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula, filwaqt li tqis l-impatt probabbli tar-riżoluzzjoni fuq is-sistemi finanzjarji jew l-ekonomiji reali tal-Istati Membri jew tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti, bl-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 13 3

3.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 fl-istess ħin tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjan ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 9, u għall-fini ta' tali tfassil u aġġornament. Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, minn tal-anqas, għandhom jeżaminaw id-dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà speċifikati fl-Anness.

Artikolu 13 4

4.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Artikolu 13 5

5.   L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Jannar 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 biex tispeċifika kwistjonijiet u kriterji ulterjuri għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-impriżi jew il-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.