1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja, jivvalutaw sa liema punt l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma jkunux parti minn grupp ikunu riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli u applikabbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.
Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha titqies riżolvibbli meta jkun fattibbli u kredibbli li dik l-impriża tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, jew li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tirriżolvi dik l-impriża billi tapplika għaliha l-għodod ta' riżoluzzjoni differenti u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni.