+Artikolu 19 Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5

Artikolu 19 Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità superviżorja, tkun iddeterminat li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni qed tfalli jew x'aktarx li tfalli;

(b)

ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva tas-settur privat jew azzjoni superviżorja, inkluż miżuri preventivi u korrettivi, ser jipprevjenu l-falliment tal-impriża f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(c)

tkun neċessarja azzjoni ta' riżoluzzjoni fl-interess pubbliku.

Artikolu 19 2

2.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni u sa ma dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun intemmet, l-awtorità superviżorja ma għandhiex tadotta miżuri fir-rigward tal-impriża taħt riżoluzzjoni sakemm l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma taqbilx ma' tali miżuri.

Artikolu 19 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom l-għodod meħtieġa, b'mod partikolari aċċess adegwat għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti, biex jagħmlu d-determinazzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (a), wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja. L-awtorità superviżorja għandha tipprovdi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li din tal-aħħar titlob bil-ħsieb li twettaq il-valutazzjoni tagħha mingħajr dewmien.

Artikolu 19 4

4.   Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun qed tikser jew x'aktarx li tkun qed tikser ir-Rekwiżit Kapitali Minimu msemmi fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, tad-Direttiva 2009/138/KE u ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li tiġi rrestawrata l-konformità;

(b)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jew tonqos serjament fl-obbligi tagħha skont il-liġijiet u r-regolamenti li tkun soġġetta għalihom, jew ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġaw li l-impriża, fil-futur qarib, ser tonqos serjament milli tissodisfa l-obbligi tagħha b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni;

(c)

l-assi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġaw id-determinazzjoni li l-assi tal-impriża ser ikunu, fil-futur qarib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;

(d)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn, inklużi pagamenti lid-detenturi ta' poloz jew lill-benefiċjarji, kif ikunu dovuti, jew ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġaw determinazzjoni li l-impriża, fil-futur qrib, ser tkun f'tali sitwazzjoni;

(e)

tkun meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.

Artikolu 19 5

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), azzjoni ta' riżoluzzjoni għandha tkun fl-interess pubbliku meta tali azzjoni tkun neċessarja għall-kisba u proporzjonata fir-rigward ta' wieħed jew ta' aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-istralċ tal-impriża skont proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż bl-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni applikabbli għal dik l-impriża jekk il-kundizzjonijiet għal proċedimenti normali ta' insolvenza huma ssodisfati, ma jissodisfax dawk l-objettivi bl-istess mod.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.