6. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
|
(a)
|
iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kif ukoll mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
|
|
(b)
|
il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-kuntest tar-riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 23 u 56 ta' din id-Direttiva.
|
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.