1. B'deroga mill-Artikoli 32 u 33, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li skema xierqa ta' garanzija tal-assigurazzjoni tiġi assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja. Filwaqt li jiżguraw l-interessi tad-detenturi ta' poloz, il-kontinwità tar-relazzjonijiet tal-assigurazzjoni, u s-saldu tal-klejms, u taċċerta li l-objettivi ta' din id-Direttiva jkunu għadhom jintlaħqu b'mod adegwat, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu trasferiment, lil tali skema ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, ta':
|
(a)
|
ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni jew
|
|
(b)
|
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni.
|
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u tal-assi ttrasferiti mill-impriża taħt riżoluzzjoni.