+Artikolu 38 Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirregolaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
---+Artikolu 38 1
---+Artikolu 38 2
---+Artikolu 38 3
---+Artikolu 38 4
|
Artikolu 38 Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirregolaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1
|
1. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-prijorità tal-klejms applikabbli skont proċedimenti normali ta' insolvenza, b'mod li jipproduċi r-riżultati li ġejjin:
|
(a)
|
l-elementi tal-Grad 1 jitnaqqsu l-ewwel, fi proporzjon mat-telf u sal-punt tal-kapaċità tagħhom u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu waħda mill-azzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 36(1), jew it-tnejn li huma, fir-rigward tad-detenturi ta' strumenti tal-Grad 1;
|
|
(b)
|
l-ammont ta' kapital ta' strumenti tal-Grad 2 issirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti ta' kapital rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx;
|
|
(c)
|
l-ammont ta' kapital ta' strumenti tal-Grad 3 issirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti ta' kapital rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx;
|
|
(d)
|
l-ammont ta' kapital jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-bqija tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-ġerarkija tal-klejms fi proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż il-klassifikazzjoni tal-klejms lill-assigurazzjoni prevista fl-Artikolu 275(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni.
|
Meta l-livell ta' valwazzjoni negattiva bbażat fuq il-valwazzjoni proviżorja kif imsemmija fl-Artikolu 25 jinstab li jeċċedi r-rekwiżiti meta jiġi vvalutat skont il-valwazzjoni definittiva kif imsemmija fl-Artikolu 24(2), jista' jiġi applikat mekkaniżmu ta' valwazzjoni pożittiva għar-rimborż tal-kredituri u, sussegwentement, tal-azzjonisti, sa fejn ikun neċessarju.
Meta jiddeċiedu dwar jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jiġu valwati negattivament jew jiġux ikkonvertiti f'ekwità, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jikkonvertu klassi waħda ta' obbligazzjonijiet, filwaqt li klassi ta' obbligazzjonijiet li tkun subordinata għall-klassi tibqa' mhux konvertita f'ekwità jew mhux valwata negattivament.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klejms kollha li jirriżultaw minn entrati ta' fondi proprji jkollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta' insolvenza normali, klassifikazzjoni ta' prijorità inferjuri għal dik ta' kwalunkwe klejm li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji. Għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, sa fejn strument huwa biss parzjalment rikonoxxut bħala entrata ta' fondi proprji, l-istrument kollu għandu jiġi ttrattat bħala klejm li tirriżulta minn elementi ta' fondi proprji u għandu jkollu klassifikazzjoni inferjuri minn kwalunkwe klejm li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji.
|
|
Artikolu 38 2
|
2. Meta l-ammont ta' kapital ta' strument kapitali rilevanti jew l-ammont ta' kapital ta' strument ta' dejn jew ta' obbligazzjoni eliġibbli oħra jiġi valwat negattivament, għandu japplika dan li ġej:
|
(a)
|
it-tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għandu jkun permanenti, soġġett għal kwalunkwe valwazzjoni pożittiva f'konformità mal-mekkaniżmu ta' rimborż imsemmi fil-paragrafu 1;
|
|
(b)
|
l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur tal-istrument kapitali, tal-istrument ta' dejn jew ta' obbligazzjoni eliġibbli oħra rilevanti ma għandha tibqa' taħt jew marbuta ma' dak l-ammont tal-istrument, li jkun ġie valwat negattivament, ħlief għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' appell li jikkontesta l-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva;
|
|
(c)
|
ma għandu jitħallas l-ebda kumpens lil kwalunkwe detentur tal-istrument kapitali, tal-istrument ta' dejn jew ta' obbligazzjoni eliġibbli oħra rilevanti minbarra f'konformità mal-paragrafu 3.
|
|
|
Artikolu 38 3
|
3. Sabiex titwettaq konverżjoni tal-istrumenti kapitali, tal-istrumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ikkonċernati f'konformità mal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu lil entitajiet imsemmijin fl-Artiklu 1(1), il-punti (a) sa (e), li joħorġu strumenti tal-Grad 1 lid-detenturi tal-istrumenti kapitali, tal-istrumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ikkonċernati.
L-istrumenti kapitali, l-istrumenti ta' dejn jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ikkonċernati jistgħu jiġu kkonvertiti dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-istrumenti tal-Grad 1 jinħarġu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), jew mill-impriża prinċipali bil-qbil tal-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti;
|
|
(b)
|
l-istrumenti tal-Grad 1 jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn minn dik l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għall-finijiet tal-għoti ta' fondi proprji mill-Istat jew minn entità governattiva;
|
|
(c)
|
l-istrumenti tal-Grad 1 jingħataw u jiġu ttrasferiti mingħajr dewmien wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' konverżjoni;
|
|
(d)
|
ir-rata ta' konverżjoni li tiddetermina l-għadd ta' strumenti tal-Grad 1 li huma pprovduti fir-rigward ta' kull strument kapitali, strument ta' dejn jew obbligazzjoni eliġibbli oħra rilevanti tikkonforma mal-Artikolu 37.
|
|
|
Artikolu 38 4
|
4. Għall-finijiet tal-forniment ta' strumenti tal-Grad 1 f'konformità mal-paragrafu 3, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' titlob lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), sabiex iżommu f'kull ħin l-awtorizzazzjoni minn qabel neċessarja sabiex joħorġu l-għadd rilevanti ta' strumenti tal-Grad 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|