1. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-prijorità tal-klejms applikabbli skont proċedimenti normali ta' insolvenza, b'mod li jipproduċi r-riżultati li ġejjin:
|
(a)
|
l-elementi tal-Grad 1 jitnaqqsu l-ewwel, fi proporzjon mat-telf u sal-punt tal-kapaċità tagħhom u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu waħda mill-azzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 36(1), jew it-tnejn li huma, fir-rigward tad-detenturi ta' strumenti tal-Grad 1;
|
|
(b)
|
l-ammont ta' kapital ta' strumenti tal-Grad 2 issirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti ta' kapital rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx;
|
|
(c)
|
l-ammont ta' kapital ta' strumenti tal-Grad 3 issirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti ta' kapital rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx;
|
|
(d)
|
l-ammont ta' kapital jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-bqija tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-ġerarkija tal-klejms fi proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż il-klassifikazzjoni tal-klejms lill-assigurazzjoni prevista fl-Artikolu 275(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni.
|
Meta l-livell ta' valwazzjoni negattiva bbażat fuq il-valwazzjoni proviżorja kif imsemmija fl-Artikolu 25 jinstab li jeċċedi r-rekwiżiti meta jiġi vvalutat skont il-valwazzjoni definittiva kif imsemmija fl-Artikolu 24(2), jista' jiġi applikat mekkaniżmu ta' valwazzjoni pożittiva għar-rimborż tal-kredituri u, sussegwentement, tal-azzjonisti, sa fejn ikun neċessarju.
Meta jiddeċiedu dwar jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jiġu valwati negattivament jew jiġux ikkonvertiti f'ekwità, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jikkonvertu klassi waħda ta' obbligazzjonijiet, filwaqt li klassi ta' obbligazzjonijiet li tkun subordinata għall-klassi tibqa' mhux konvertita f'ekwità jew mhux valwata negattivament.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klejms kollha li jirriżultaw minn entrati ta' fondi proprji jkollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta' insolvenza normali, klassifikazzjoni ta' prijorità inferjuri għal dik ta' kwalunkwe klejm li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji. Għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, sa fejn strument huwa biss parzjalment rikonoxxut bħala entrata ta' fondi proprji, l-istrument kollu għandu jiġi ttrattat bħala klejm li tirriżulta minn elementi ta' fondi proprji u għandu jkollu klassifikazzjoni inferjuri minn kwalunkwe klejm li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji.