1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta awtorità ta' riżoluzzjoni tapplika l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni u teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 35(1) u mal-Artikolu 42(1), il-punti (g) sa (k), it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital jew tal-ammont pendenti dovut, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni tidħol fis-seħħ u tkun immedjatament vinkolanti fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni u fuq il-kredituri u fuq l-azzjonisti affettwati.