+Artikolu 39 Effett ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4

Artikolu 39 Effett ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta awtorità ta' riżoluzzjoni tapplika l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni u teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 35(1) u mal-Artikolu 42(1), il-punti (g) sa (k), it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital jew tal-ammont pendenti dovut, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni tidħol fis-seħħ u tkun immedjatament vinkolanti fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni u fuq il-kredituri u fuq l-azzjonisti affettwati.

Artikolu 39 2

2.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tlesti jew titlob li jitlestew il-kompiti proċedurali u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jingħata effett lill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, inkluż:

(a)

l-emenda tar-reġistri kollha kkonċernati;

(b)

it-tneħħija mill-elenku jew it-tneħħija mill-kummerċ ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn jew ta' strumenti ta' dejn;

(c)

l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn ġodda;

(d)

l-elenkar mill-ġdid jew ir-riammissjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn li ġie valwat negattivament, mingħajr ir-rekwiżit ta' ħruġ ta' prospett kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

Artikolu 39 3

3.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tnaqqas għal żero l-ammont ta' kapital jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta' obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (g), dik l-obbligazzjoni u kwalunkwe obbligu jew klejm li jirriżultaw fir-rigward tagħha li ma humiex dovuti fil-mument meta tiġi eżerċitata s-setgħa għandhom jiġu ttrattati bħala mħallsin għalkollox, u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu pprovati fi kwalunkwe proċediment sussegwenti fir-rigward tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' kwalunkwe entità suċċessur fi kwalunkwe stralċ sussegwenti.

Artikolu 39 4

4.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tnaqqas parzjalment, imma mhux għalkollox, l-ammont ta' kapital jew l-ammont pagabbli pendenti fir-rigward ta' obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (g):

(a)

l-obbligazzjoni għandha tiġi rrilaxxata sal-punt tal-ammont imnaqqas;

(b)

l-istrument rilevanti jew il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont ta' kapital residwu, jew tal-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-obbligazzjoni, soġġett għal kwalunkwe modifika tal-ammont tal-interess pagabbli sabiex tirrifletti t-tnaqqis tal-ammont ta' kapital, u kwalunkwe modifika ulterjuri fit-termini li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tagħmel permezz tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (l).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.