+Artikolu 44 Ġestjoni speċjali
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3
---+Artikolu 44 4
---+Artikolu 44 5
---+Artikolu 44 6

Artikolu 44 Ġestjoni speċjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jaħtru maniġer speċjali sabiex jissostitwixxi l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża taħt riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-maniġer speċjali jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtorità ta' riżoluzzjoni tista' taħtar diversi maniġers speċjali.

Artikolu 44 2

2.   Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonisti u tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża taħt riżoluzzjoni. Il-maniġer speċjali għandu jeżerċita dawk is-setgħat taħt il-kontroll tal-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tillimita l-azzjonijiet tal-maniġer speċjali jew teħtieġ kunsens minn qabel għal ċerti atti.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippubblika l-ħatra msemmija fil-paragrafu 1 u t-termini u l-kundizzjonijiet marbutin ma' dik il-ħatra.

Artikolu 44 3

3.   Il-maniġer speċjali għandu jkollu d-dmir statutorju li jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippromwovi l-objettivi ta' riżoluzzjoni u jimplimenta azzjonijiet ta' riżoluzzjoni meħudin mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. Fil-każ ta' inkonsistenza jew ta' kunflitt ma' kwalunkwe dmir ieħor ta' ġestjoni stabbilit fl-istatuti tal-impriża jew fil-liġi nazzjonali, dak id-dmir statutorju għandu jipprevali fuq tali dmir ieħor.

Artikolu 44 4

4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-maniġer speċjali jfassal rapporti għall-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun ħatritu jew ħatritha f'intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni u fil-bidu u fi tmiem il-mandat tiegħu jew tagħha. Dawk ir-rapporti għandhom jiddeskrivu fid-dettall il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża taħt riżoluzzjoni u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-miżuri meħudin.

Artikolu 44 5

5.   Il-maniġer speċjali ma għandux jinħatar jew ma għandhiex tinħatar għal aktar minn sena. Dan il-perjodu jista' jiġġedded, jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet għall-ħatra ta' maniġer speċjali jkunu għadhom sodisfatti.

Artikolu 44 6

6.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tneħħi lill-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.