2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ sabiex id-detenturi ta' poloz jiġu protetti aħjar billi jiġi żgurat li l-poloz tal-assigurazzjoni li jiġu ttrasferiti jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti legali rilevanti fir-rigward tal-livelli minimi obbligatorji ta' kopertura skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu dawk il-portafolli ta' kuntratti li huma parti mill-arranġamenti u mill-ftehimiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma jittrasferixxu assi, drittijiet u obbligazzjonijiet oħra li huma parti mill-istess arranġamenti u ftehimiet, u jistgħu jittrasferixxu, jimmodifikaw jew jitterminaw dawk l-assi, id-drittijiet u obbligazzjonijiet oħra mingħajr ma jittrasferixxu l-portafolli ta' kuntratti.