+Artikolu 59 Protezzjoni għall-arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta’ titlu, għall-arranġamenti ta' tpaċija, għall-arranġamenti ta' netting, u ftehimiet ta' riassigurazzjoni
---+Artikolu 59 1
---+Artikolu 59 2
|
Artikolu 59 Protezzjoni għall-arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta’ titlu, għall-arranġamenti ta' tpaċija, għall-arranġamenti ta' netting, u ftehimiet ta' riassigurazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għall-arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta' titlu, għall-arranġamenti ta' tpaċija u ta' netting, u għall-ftehimiet ta' riassigurazzjoni sabiex jipprevjenu t-trasferiment ta' xi wħud mid-drittijiet u mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, li jkunu protetti taħt arranġament ta' kollateral finanzjarju għat-trasferiment tat-titolu, arranġament ta' tpaċija, arranġament ta' netting jew ftehim ta' riassigurazzjoni bejn l-impriża taħt riżoluzzjoni u persuna oħra u l-modifika jew it-terminazzjoni ta' drittijiet u ta' obbligazzjonijiet li huma protetti skont tali arranġament kollaterali finanzjarju bi trasferiment ta' titlu, arranġament ta' tpaċija, arranġament ta' netting jew ftehim ta' riassigurazzjoni permezz tal-użu ta' setgħat anċillari.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala protetti skont arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titlu, arranġament ta' tpaċija, arranġament ta' netting jew ftehim ta' riassigurazzjoni fejn il-partijiet għall-arranġament jew ftehim ikunu intitolati għal tpaċija jew għal netting ta' dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 59 2
|
2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ sabiex id-detenturi ta' poloz jiġu protetti aħjar billi jiġi żgurat li l-poloz tal-assigurazzjoni li jiġu ttrasferiti jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti legali rilevanti fir-rigward tal-livelli minimi obbligatorji ta' kopertura skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu dawk il-portafolli ta' kuntratti li huma parti mill-arranġamenti u mill-ftehimiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma jittrasferixxu assi, drittijiet u obbligazzjonijiet oħra li huma parti mill-istess arranġamenti u ftehimiet, u jistgħu jittrasferixxu, jimmodifikaw jew jitterminaw dawk l-assi, id-drittijiet u obbligazzjonijiet oħra mingħajr ma jittrasferixxu l-portafolli ta' kuntratti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|