+Artikolu 66 1

Artikolu 66 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tas-segretezza professjonali jkunu vinkolanti fir-rigward tal-persuni, tal-awtoritajiet u tal-korpi li ġejjin u li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali ma tiġi żvelata minn xi wieħed jew waħda minnhom:

(a)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-awtoritajiet superviżorji u l-EIOPA;

(c)

il-ministeri kompetenti;

(d)

il-maniġers speċjali maħturin f'konformità mal-Artikolu 44 ta' din id-Direttiva;

(e)

l-akkwirenti potenzjali li ġew ikkuntattjati mill-awtoritajiet superviżorji jew solleċitati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew dik is-solleċitazzjoni jkunux saru bħala tħejjija għall-użu tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju, kif ukoll irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultatx f'akkwist;

(f)

l-awdituri, il-kontabilisti, il-konsulenti legali u professjonali, il-valwaturi u esperti oħrajn ingaġġati direttament jew indirettament mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, mill-awtoritajiet superviżorji, mill-ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmijin fil-punt (e);

(g)

korpi li jamministraw skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni;

(h)

il-korp inkarigat mill-arranġamenti ta' finanzjament;

(i)

banek ċentrali u awtoritajiet oħrajn involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(j)

impriża tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet;

(k)

kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi servizzi direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmijin fil-punti (a) sa (j);

(l)

il-maniġment superjuri, membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju, u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (j) qabel, matul jew wara l-ħatra tagħhom.

(m)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.