+Artikolu 70 5
|
Artikolu 70 5
5. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. F'dik il-kapaċità, hija għandha:
|
(a)
|
tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
tlaqqa' u tippresiedi l-laqgħat kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni informati bis-sħiħ u bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, dwar it-temi prinċipali li għandhom jiġu diskussi u dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati;
|
|
(d)
|
tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni dwar kwalunkwe laqgħa ppjanata sabiex ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw;
|
|
(e)
|
tiddeċiedi liema membri u osservaturi għandhom jiġu mistednin jattendu għal laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi, b'kont meħud tar-rilevanza tat-tema li tkun ser tiġi diskussa għal dawk il-membri u l-osservaturi;
|
|
(f)
|
iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta' dawk il-laqgħat.
|
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kull meta fuq l-aġenda jkun hemm temi soġġetti għal teħid ta' deċiżjonijiet konġunti jew relatati ma' entità fi grupp li tinsab fl-Istat Membru tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|