+Artikolu 78 Riżoluzzjoni ta' fergħat fl-Unjoni ta' intrapriżi ta' pajjiżi terzi
---+Artikolu 78 1
---+Artikolu 78 2
---+Artikolu 78 3

Artikolu 78 Riżoluzzjoni ta' fergħat fl-Unjoni ta' intrapriżi ta' pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 78 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex jaġixxu fir-rigward ta' fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz li ma tkun soġġetta għall-ebda proċediment ta' riżoluzzjoni jew li tkun soġġetta għall-proċedimenti ta' pajjiż terz jew tkun tapplika waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 77.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 48 japplika għall-eżerċizzju ta' tali setgħat.

Artikolu 78 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-setgħat meħtieġa fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis dik l-azzjoni tkun neċessarja fl-interess pubbliku u tkun issodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz ma għadhiex tissodisfa jew probabbilment ma hijiex ser tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni u għall-operat tagħha f'dak l-Istat Membru u ma hemmx prospett li kwalunkwe azzjoni mis-settur privat, superviżorja jew ta' pajjiż terz rilevanti tkun tirrestawra l-fergħa għall-konformità jew tipprevjeni falliment f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(b)

fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz ma tkunx kapaċi, jew ma tkunx trid, jew x'aktarx li ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligi tagħha lill-kredituri tal-Unjoni, jew obbligi li nħolqu jew iddaħħlu fil-kotba permezz tal-fergħa, bħal pagamenti lil detenturi ta' poloz jew lil benefiċjarji, hekk kif isiru dovuti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun sodisfatta li ma nbeda jew ma hu ser jinbeda l-ebda proċediment ta' riżoluzzjoni jew proċediment ta' insolvenza ta' pajjiż terz fir-rigward ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-pajjiż terz f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(c)

l-awtorità ta' pajjiż terz rilevanti bdiet proċedimenti ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz fir-rigward tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, jew innotifikat lill-awtorità ta' riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tiftaħ proċediment bħal dan.

Artikolu 78 3

3.   Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu azzjoni indipendenti fir-rigward ta' fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz, għandha tqis l-objettivi ta' riżoluzzjoni u tieħu azzjoni f'konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:

(a)

il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 22;

(b)

ir-rekwiżiti relatati mal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni fit-Titolu III, il-Kapitolu II.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.