+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
|
Artikolu 13
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbigħu, għandha tipprovdi lill-investituri fil-livell tal-konsumatur bid-dokument bl-informazzjoni ewlenija fi żmien adegwat qabel ma dawk l-investituri fil-livell tal-konsumatur jintrabtu bi kwalunkwe kuntratt jew offerta relatata mal-PRIIP.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbigħu tista’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 billi tipprovdi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija lil persuna b’awtorità bil-miktub li tagħmel deċiżjonijiet ta’ investiment f’isem l-investitur fil-livell tal-konsumatur fir-rigward ta’ transazzjonijiet konklużi taħt dik l-awtorità bil-miktub.
|
|
Artikolu 13 3.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 u soġġett għall-Artikolu 3(1), il-punt (a) tal-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/65/KE, persuna li tbigħ PRIIP tista’ tipprovdi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija lill-investitur fil-livell tal-konsumatur wara l-konklużjoni tat-transazzjoni, mingħajr dewmien mhux dovut, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-investitur fil-livell tal-konsumatur jagħżel, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, li jikkuntattja lill-persuna li tbigħ il-PRIIP u jikkonkludi t-transazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod;
(b)
l-għoti tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx possibbli;
(c)
il-persuna li tagħti parir dwar PRIIP jew li tbigħu tkun informat lill-investitur fil-livell tal-konsumatur li l-għoti tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija mhux possibbli u tkun iddikjarat biċ-ċar li l-investitur fil-livell tal-konsumatur jista’ jipposponi t-transazzjoni sabiex jirċievi u jaqra d-dokument bl-informazzjoni ewlenija qabel ma jikkonkludi t-transazzjonijiet;
(d)
l-investitur fil-livell tal-konsumatur jagħti l-kunsens li jirċievi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija mingħajr dewmien mhux dovut wara l-konklużjoni tat-transazzjoni, pjuttost milli jipposponi t-transazzjoni sabiex jirċievi d-dokument minn qabel.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Fejn jitwettqu transazzjonijiet suċċessivi fir-rigward tal-istess PRIIP f’isem investitur fil-livell tal-konsumatur f’konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija minn dak l-investitur fil-livell tal-konsumatur lill-persuna li qed tbigħ il-PRIIP qabel l-ewwel transazzjoni, l-obbligu li jiġi pprovdut dokument bl-informazzjoni ewlenija skont il-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-ewwel transazzjoni, u għall-ewwel transazzjoni wara li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun ġie rivedut f’konformità mal-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit li jiġi pprovdut id-dokument bl-informazzjoni ewlenija kif stabbilit fil-paragrafu 1. L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015. Qiegħda tiġi delegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|