|
+Artikolu 13 3. |
Artikolu 13 3.B’deroga mill-paragrafu 1 u soġġett għall-Artikolu 3(1), il-punt (a) tal-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/65/KE, persuna li tbigħ PRIIP tista’ tipprovdi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija lill-investitur fil-livell tal-konsumatur wara l-konklużjoni tat-transazzjoni, mingħajr dewmien mhux dovut, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-investitur fil-livell tal-konsumatur jagħżel, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, li jikkuntattja lill-persuna li tbigħ il-PRIIP u jikkonkludi t-transazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod;
(b)
l-għoti tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx possibbli;
(c)
il-persuna li tagħti parir dwar PRIIP jew li tbigħu tkun informat lill-investitur fil-livell tal-konsumatur li l-għoti tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija mhux possibbli u tkun iddikjarat biċ-ċar li l-investitur fil-livell tal-konsumatur jista’ jipposponi t-transazzjoni sabiex jirċievi u jaqra d-dokument bl-informazzjoni ewlenija qabel ma jikkonkludi t-transazzjonijiet;
(d)
l-investitur fil-livell tal-konsumatur jagħti l-kunsens li jirċievi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija mingħajr dewmien mhux dovut wara l-konklużjoni tat-transazzjoni, pjuttost milli jipposponi t-transazzjoni sabiex jirċievi d-dokument minn qabel. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|